This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0212
Case C-212/11: Reference for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 9 May 2011 — Jyske Bank Gibraltar Limited v Administración del Estado
Kawża C-212/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid- 9 ta’ Mejju 2011 — Jyske Bank Gibraltar Limited vs Administración del Estado
Kawża C-212/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid- 9 ta’ Mejju 2011 — Jyske Bank Gibraltar Limited vs Administración del Estado
ĠU C 226, 30.7.2011, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-9 ta’ Mejju 2011 — Jyske Bank Gibraltar Limited vs Administración del Estado
(Kawża C-212/11)
2011/C 226/21
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jyske Bank Gibraltar Limited
Konvenuta: Administración del Estado
Domanda preliminari
Stat Membru jista’, b’applikazzjoni tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2005/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jeżiġi li l-informazzjoni li għandhom jipprovdu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw fit-territorju tiegħu mingħajr ma jkunu stabbiliti permanentement fih tingħata b’mod imperattiv u dirett lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu responsabbli għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus jew, għall-kuntrarju, it-talba għal informazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-unità tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ibbażata l-istituzzjoni ta’ kreditu mitluba?
(1) ĠU L 309, p. 15