EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0168

Kawża C-168/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis- 6 ta’ April 2011 — Manfred Beker u Christa Beker vs Finanzamt Heilbronn

ĠU C 211, 16.7.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ April 2011 — Manfred Beker u Christa Beker vs Finanzamt Heilbronn

(Kawża C-168/11)

2011/C 211/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Manfred Beker u Christa Beker

Konvenuta: Finanzamt Heilbronn

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 KE jipprekludi leġiżlazzjoni fi Stat Membru li permezz tagħha — skont ftehim dwar ħelsien minn taxxa dopjja — fil-każ ta’ persuni taxxabbli li għandhom responsabbiltà fiskali illimitata li d-dħul tagħhom minn pajjiż ieħor huwa suġġett għal taxxa li tikkorrispondi għat-taxxa nazzjonali fuq id-dħul fl-Istat fejn dan id-dħul joriġina, ikun hemm tpaċija tat-taxxa barranija mat-taxxa nazzjonali fuq id-dħul imposta fuq id-dħul minn dak l-Istat l-ieħor b’mod li t-taxxa nazzjonali fuq id-dħul li tirriżulta mill-istima tad-dħul taxxabbli — inkluż id-dħul barrani — titqassam proporzjonalment skont il-proporzjon li d-dħul barrani għandu mad-dħul totali — u għalhekk mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż speċjali jew straordinarji bħalma huma spejjeż personali u dawk marbuta ma’ ċirkustanzi personali u tal-familja?


Top