EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0155

Kawża C-155/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage, b’sede fi Zwolle-Lelystad (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 31 ta’ Marzu 2011 — Bibi Mohammad Imran vs Minister van Buitenlandse Zaken

ĠU C 219, 23.7.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage, b’sede fi Zwolle-Lelystad (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Marzu 2011 — Bibi Mohammad Imran vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-155/11)

2011/C 219/02

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank ’s-Gravenhage, b’sede fi Zwolle-Lelystad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bibi Mohammad Imran

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1) jippermetti lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul u r-residenza fit-territorju tiegħu lil membru tal-familja, kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li joqgħod legalment f’dan l-Istat Membru, għar-raġuni biss li dan il-membru tal-familja ma għaddiex barra mill-pajjiż mill-eżami ta’ integrazzjoni ċivika kif previst mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru?

(2)

Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-fatt li l-membru tal-familja inkwistjoni jkun l-omm ta’ tmient itfal, li sebgħa minnhom huma minuri, li joqogħdu legalment f’dan l-Istat Membru, huwa rilevanti?

(3)

Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-fatt li t-tagħlim fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru jkun aċċessibbli għall-membru tal-familja fl-Istat ta’ residenza, huwa rilevanti?

(4)

Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-kwistjoni jekk il-membru tal-familja, fid-dawl tal-livell ta’ edukazzjoni tiegħu u tas-sitwazzjoni personali tiegħu, b’mod partikolari s-sitwazzjoni medika tiegħu, ikunx jista’ jgħaddi minn dan l-eżami fi żmien qasir, huwa rilvenati?

(5)

Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-fatt li ebda stħarriġ ma seħħ fid-dawl tal-Artikoli 5(5) u 17 tad-Direttiva dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, tal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, jew ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa rilevanti?

(6)

Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-fatt li ċ-ċittadini ta’ ċerti pajjiżi terzi oħra huma eżentati, abbażi taċ-ċittadinanza tagħhom biss, mill-obbligu li jgħaddu barra mill-pajjiż mill-eżami ta’ integrazzjoni ċivika huwa rilevanti ?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).


Top