Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0106

Kawża C-106/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit- 3 ta’ Marzu 2011 — M.J.Bakker vs Staatssecretaris van Financiën

ĠU C 160, 28.5.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-3 ta’ Marzu 2011 — M.J.Bakker vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-106/11)

2011/C 160/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.J.Bakker.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

(1)

Ir-regoli ta’ indikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) huma applikabbli u b’hekk jindikaw il-leġiżlazzjoni Olandiża, b’konsegwenza ta’ liema jistgħu jiġu miġbura kontribuzzjonijiet abbażi tal-assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi, f’każ bħal dan inkwisjoni, fejn ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jirrisjedi fi Spanja jaħdem bħala baħri għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi billi jwettaq l-attivitajiet tiegħu fuq bastimenti tat-tħammil li jtajjru l-bandiera Olandiża barra t-territorju tal-Komunità filwaqt li, fid-dawl tal-unika leġiżlazzjoni interna Olandiża, huwa ma huwiex affiljat fis-sistema ta’ sigurtà soċjali Olandiża minħabba l-fatt li huwa ma jirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi?

(2)

X’effett għandha, f’dan ir-rigward, politika mwettqa fl-implementazzjoni ta’ assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi li teżiġi li l-Fond ta’ assigurazzjoni soċjali jinvoka d-dritt Komunitarju sabiex jassimila l-baħrin ma’ persuni assigurati f’każ bħal dan inkwistjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35)


Top