EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0088

Kawża C-88/11 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta’ Frar 2011 minn LG Electronics, Inc. mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) mogħtija fis- 16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-497/09, LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS)

ĠU C 120, 16.4.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/8


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2011 minn LG Electronics, Inc. mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-497/09, LG Electronics vs UASI (KOMPRESSOR PLUS)

(Kawża C-88/11 P)

2011/C 120/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: LG Electronics Inc. (rappreżentant: J. Blanchard, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI)

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara u tiddeċiedi li dan l-appell huwa ammissibbli;

tannulla s-sentenza tat-Tieni Awla tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010;

tannulla parzjalment id-deċiżjoni mogħtija fit-23 ta’ Settembre 2009 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI inkwantu hija ċaħdet parzjalment l-appell ippreżentat mill-kumpannija LG Electronics kontra d-deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2009 li tirrifjuta l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 007282924 sa fejn din tindika l-“vacuum cleaners tal-elettriku”.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill KE Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja. (1)

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tirrileva, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq fatti ġodda, ikkomunikati lilha għall-ewwel darba quddiem din il-qorti mill-UASI, li ma kinux issemmew quddiem il-Bord tal-Appell.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li, l-Qorti Ġenerali kkommettiet żball fir-rigward tal-iżnaturament tal-fatti u tal-provi li ġew prodotti quddiemha li wasluha sabiex tiddeċiedi, b’mod żbaljat, li l-vacuum cleaners setgħu jintużaw bħala kumpressuri.

Finalment, hija tirrileva li peress li l-vacuum cleaners tat-trab fi kwalunkwe każ ma fihomx kumpressur u ma jistgħux jiġu użati bħala kompressur, it-trade mark “KOMPRESSOR PLUS” fi kwalunkwe każ ma tistax tiġi kkunsidrata bħala magħmula esklużivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex juru l-ispeċi, il-kwalità, il-kwantità, id-destinazzjoni, il-valur, l-oriġini ġeografika jew iż-żmien tal-produzzjoni tal-prodott jew tal-forniment tas-servizz, jew ta’ karatteristiċi oħra ta’ tali prodotti.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


Top