Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0059

    Kawża C-59/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Nancy (Franza) fid- 9 ta’ Frar 2011 — Association Kokopelli vs Graines Baumaux SAS

    ĠU C 120, 16.4.2011, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 120/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Nancy (Franza) fid-9 ta’ Frar 2011 — Association Kokopelli vs Graines Baumaux SAS

    (Kawża C-59/11)

    2011/C 120/08

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Nancy

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Association Kokopelli

    Konvenuta: Graines Baumaux SAS

    Domanda preliminari

    Id-Direttivi tal-Kunsill 98/95/KE (1), 2002/53/KE (2) u 2002/55/KE (3) u tal-Kummissjoni 2009/145 (4), huma validi fid-dawl tad-drittijiet u prinċipji fundamentali li ġejjin tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri, dawk tal-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza jew ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ movement liberu tal-merkanzija u fid-dawl tal-impenji li jirriżultaw mit-Trattat Internazzjonali fuq ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, b’mod partikolari sa fejn jimponu restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa u pjanti qodma?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 98/95/KE, tal-14 ta’ Diċembru 1998, li temenda, fir-rigward tal-konsolidazzjoni tas-suq intern, il-varjetajiet ta’ pjanti ġenetikament immodifikati u r-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/EEC, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, iż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, iż-żerriegħa taċ-ċereali, il-patata taż-żrigħ, iż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u ż-żerriegħa tal-ħxejjex tal-ikel u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċi tal-pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24, p. 334).

    (2)  Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 281).

    (3)  Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 313).

    (4)  Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (ĠU L 312, p. 44).


    Top