This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0031
Case C-31/11: Reference for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof (Germany) lodged on 20 January 2011 — Marianne Scheunemann v Finanzamt Bremerhaven
Kawża C-31/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl- 20 ta’ Jannar 2011 — Marianne Scheunemann vs Finanzamt Bremerhaven
Kawża C-31/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl- 20 ta’ Jannar 2011 — Marianne Scheunemann vs Finanzamt Bremerhaven
ĠU C 113, 9.4.2011, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Jannar 2011 — Marianne Scheunemann vs Finanzamt Bremerhaven
(Kawża C-31/11)
2011/C 113/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marianne Scheunemann
Konvenut: Finanzamt Bremerhaven
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56(1) flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa tas-suċċessjoni applikabbli għal wirt, is-sehem fi proprjetà privata, miżmum minn persuna bħala l-uniku azzjonist ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju li għandha s-sede tagħha u t-tmexxija tagħha fil-Kanada, huwa stmat fil-valur sħiħ tiegħu, filwaqt li, jekk tali sehem huwa miksub f’kumpannija b’kapital azzjonarju li għandha s-sede tagħha u t-tmexxija tagħha fit-territorju nazzjonali, jingħata tnaqqis marbut mal-proprjetà u jittieħed inkunsiderazzjoni biss 65 % tal-valur residwu?