EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0019

Kawża C-19/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fl- 14 ta’ Jannar 2011 — Markus Geltl vs Daimler AG

ĠU C 113, 9.4.2011, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Jannar 2011 — Markus Geltl vs Daimler AG

(Kawża C-19/11)

2011/C 113/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshofs

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Markus Geltl

Konvenuta: Daimler AG

Domandi preliminari

(1)

Fir-rigward ta’ proċess mifrux fuq perijodu ta’ żmien intiż sabiex tiġi realizzata ċirkustanza partikolari jew sabiex jiġi pprovokat avveniment partikolari f’diversi fażijiet, l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6 (1) u tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/124 (2), għandha tkun ibbażata biss fuq il-kwistjoni ta’ jekk din iċ-ċirkustanza futura jew dan l-avveniment futur għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tagħrif ta’ natura preċiża fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-direttivi u jekk, konsegwentement, għandux jiġi eżaminat jekk jistax jitqies b’mod raġjonevoli li din iċ-ċirkustanza futura jew avveniment futur humiex ser jipproduċu ruħhom, jew inkella li, fir-rigward ta’ tali proċess mifrux fuq perijodu ta’ żmien, xi fażijiet intermedjarji, li jeżistu diġà jew li diġà ġew prodotti u li huma marbuta mar-realizzazzjoni taċ-ċirkustanza futura jew tal-avveniment futur jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala tagħrif ta’ natura preċiża fis-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-direttivi?

(2)

L-espressjoni “jista’ b’mod raġjonevoli jiġi mistenni”, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/124 tirrekjedi li l-probabbiltà titqies bħala predominanti jew ogħlja, jew inkella li l-kunċetti ta’ ċirkustanzi fejn jista’ b’mod raġjonevoli jiġi mistenni li ser jeżistu jew ta’ avveniment li jista’ b’mod raġjonevoli jiġi mistenni li ser jipproduċi ruħu għandhom jinftiehmu bħala li jimplikaw li l-grad ta’ probabbiltà jiddependi fuq il-portata tal-konsegwenzi għal min jipprovdi t-tagħrif u li, fejn il-probabbiltà li tiġi influwenzata l-kwotazzjoni fil-borża tkun għolja, huwa suffiċjenti li r-realizzazzjoni taċ-ċirkustanza futura jew tal-avveniment futur ma tkunx ċerta iżda lanqas ma tkun impossibbli?


(1)  Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 367).

(2)  Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq. Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 348).


Top