EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0013

Kawża C-13/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugall) fil- 11 ta’ Jannar 2011 — Maria das Dores Meira da Silva vs Zurich — Companhia de Seguros S.A.

ĠU C 95, 26.3.2011, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugall) fil-11 ta’ Jannar 2011 — Maria das Dores Meira da Silva vs Zurich — Companhia de Seguros S.A.

(Kawża C-13/11)

2011/C 95/08

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Guimarães

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria das Dores Meira da Silva

Konvenuta: Zurich — Companhia de Seguros SA

Domandi preliminari

(1)

F’inċident tat-traffiku li jinvolvi vettura bil-mutur u persuna li tkun qiegħda taqsam it-triq bil-mixi, li minnu tirriżulta ħsara fiżika u materjali lil din tal-aħħar, l-esklużjoni ta’ kumpens għal dawn id-danni jekk l-inċident kien tort tal-imġiba tal-persuna li tkun qiegħda timxi, skont l-interpretazzjoni mogħtija lill-Artikoli 505 u 570 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż, tmur kontra d-dritt Kommunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva 72/166/KEE (1), l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva 84/5/KEE (2) u l-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva 90/232/KEE (3), introdott bl-Artikolu 4 tal-Ħames Direttiva 2005/14/KE (4) — direttivi li kollha jirrigwardaw l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur fit-triq — fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonċerna ċ-ċirkustanzi li fihom huwa possibbli li teskludi kumpens skont l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur fit-triq?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, jiġifieri jekk din l-esklużjoni ta’ kumpens tmur kontra d-dritt Kommunitarju, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet iċċittati tal-Kodiċi Ċivili Portugiż li l-kumpens għandu jiġi limitat jew jitnaqqas meta tieħu inkunsiderazzjoni t-tort tal-persuna li qiegħda timxi, minn naħa, u r-riskju inerenti tal-vettura bil-mutur, min-naħa l-oħra, f’każ ta’ inċident, hija konformi mad-direttivi Kommunitarji ċċitati iktar ’il fuq?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10).

(2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3).

(3)  It-Tielet Direttiva tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249).

(4)  Id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 149, p. 14).


Top