Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0010

    Kawża C-10/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg fl- 10 ta’ Jannar 2011 — WEGO Landwirtschaftliche Schlachtstellen GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    ĠU C 120, 16.4.2011, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 120/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg fl-10 ta’ Jannar 2011 — WEGO Landwirtschaftliche Schlachtstellen GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    (Kawża C-10/11)

    2011/C 120/06

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: WEGO Landwirtschaftliche Schlachtstellen GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    Domanda preliminari

    L-uffiċċju doganali prinċipali (il-Hauptzollamt) li huwa responsabbli għall-ħlas tar-restituzzjoni huwa marbut b’rettifika a posteriori, li tkun saret mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni, tal-informazzjoni li tkun ġiet inkluża fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni jew fil-kopja ta’ kontroll T 5?


    Top