This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0386
Judgment of the Court (Fifth Chamber), 13 June 2013.#Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG v Kreis Düren.#Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Düsseldorf.#Public contracts — Directive 2004/18/EC — Definition of ‘public contract’ — Article 1(2)(a) — Contract concluded between two local authorities — Transfer by one entity of the responsibility for cleaning certain of its buildings to another entity in return for financial compensation.#Case C‑386/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013.
Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG vs Kreis Düren.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf.
Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Kunċett ta’ ‘kuntratt pubbliku’ — Artikolu 1(2)(a) — Kuntratt konkluż bejn żewġ awtoritajiet lokali — Trasferiment minn entità waħda, tar-responsabbiltà għat-tindif ta’ xi bini tagħha, lill-entità l-oħra, inkambju għal kumpens finanzjarju.
Kawża C‑386/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013.
Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG vs Kreis Düren.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf.
Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Kunċett ta’ ‘kuntratt pubbliku’ — Artikolu 1(2)(a) — Kuntratt konkluż bejn żewġ awtoritajiet lokali — Trasferiment minn entità waħda, tar-responsabbiltà għat-tindif ta’ xi bini tagħha, lill-entità l-oħra, inkambju għal kumpens finanzjarju.
Kawża C‑386/11.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2013:385
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
13 ta’ Ġunju 2013 ( *1 )
“Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Kunċett ta’ ‘kuntratt pubbliku’ — Artikolu 1(2)(a) — Kuntratt konkluż bejn żewġ awtoritajiet lokali — Trasferiment minn entità waħda, tar-responsabbiltà għat-tindif ta’ xi bini tagħha, lill-entità l-oħra, inkambju għal kumpens finanzjarju”
Fil-Kawża C-386/11,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Lulju 2011, fil-proċedura
Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG
vs
Kreis Düren,
fil-preżenza ta’:
Stadt Düren,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, A. Rosas, E. Juhász, D. Šváby (Relatur) u C. Vajda, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,
Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-7 ta’ Frar 2013,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG, minn L. Wionzeck, avukat, |
— |
għall-Kreis Düren, minn R. Gruneberg u A. Wilden, avukati, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn W. Ferrante, avvocato dello Stato, |
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn M. Fruhmann, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár, G. Wilms u C. Zadra, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG (iktar ’il quddiem “Piepenbrock”) u l-Kreis Düren (id-distrett ta’ Düren, il-Ġermanja) dwar abbozz ta’ kuntratt li permezz tiegħu dan tal-aħħar jittrasferixxi lil Stadt Düren (il-belt ta’ Düren) ir-responsabbiltà għat-tindif ta’ bini li jinsab fit-territorju ta’ din tal-aħħar iżda li jappartjeni lill-Kreis Düren u huwa użat minnu, inkambju għal kumpens finanzjarju. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Skont il-premessa 2 tad-Direttiva 2004/18: “L-għoti tal-kuntratti ffinalizzati fl-Istati Membri f’isem l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi oħra mmexxija minn entitajiet legali pubbliċi, huwa soġġett li josserva l-prinċipji tat-Trattat [KE] u in partikolari għall-prinċipji tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-prinċipju ta’ l-istabbiliment ħieles u l-prinċipju tal-libertà li tipprovdi servizzi u l-prinċipji li jitnisslu minn dawn, bħal ma huwa il-prinċipju tat-trattament ugwali, il-prinċipju ta’ bla diskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ għarfien reċiproku, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipju tat-trasparenza. Madankollu, għall-kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu ammont, huwa rakkomandat li jinħarġu disposizzjonijiet ta’ kordinazzjoni Komunitarja tal-proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti bħal dawn li huma bbażati fuq dawn il-prinċipji sabiex jiġu assigurati l-effetti li dawn jista’ jkollhom u biex jiggarantixxu l-bidu tal-kisba għall-kompetizzjoni. [...]” |
4 |
L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi: “[...]
[...]
[...] 8. It-termini ‘kuntrattur’, ‘fornitur’ u ‘min jipprovdi s-servizz’ jfissru kull persuna naturali jew legali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawk il-persuni u/jew korpi li joffru fuq is-suq, rispettivament, l-esekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xi xogħol, prodotti, jew servizzi. It-terminu ‘operatur ekonomiku’ se jkopri ugwalment il-kunċetti tal-kuntrattur, tal-fornitur u ta’ min jipprovdi s-servizz. Huwa wżat biss fl-interess tas-sempliċità. [...]” |
5 |
Is-servizzi tat-tindif tal-bini huma servizzi fis-sens tad-Direttiva 2004/18, skont il-kategorija 14 tal-Anness II A ta’ din tal-aħħar. |
Id-dritt Ġermaniż
6 |
L-Artikolu 28(2) tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Grundgesetz für die Bundesrepublik Deutschland) jipprovdi: “Il-muniċipalitajiet għandhom ikunu ggarantiti d-dritt li jirregolaw l-affarijiet lokali kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fil-limiti tal-liġijiet. Fil-limiti tal-funzjonijiet tagħhom mogħtija mil-liġi, assoċjazzjonijiet ta’ muniċipalitajiet għandhom ikollhom ukoll id-dritt għall-awtonomija amministrattiva taħt il-kundizzjonijiet iddefiniti mil-liġi. [...]” |
7 |
L-Artikolu 23 tal-Liġi tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar il-kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet (Gesetz über die Kommunale Gemeinschaftsarbeit des Landes Nordrhein-Westfalen, iktar ’il quddiem il-“GkG NRW”) jaqra kif ġej: “(1) Il-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet ta’ muniċipalitajiet jistgħu jiftiehmu li waħda mill-partijiet fil-kuntratt tieħu taħt ir-responsabbiltà tagħha kompiti li għalihom huma responsabbli l-partijiet l-oħra jew tobbliga ruħha li twettaq dawn il-kompiti għall-partijiet l-oħra. (2) Jekk waħda mill-partijiet tieħu taħt ir-responsabbiltà tagħha kompiti li għalihom huma responsabbli l-partijiet l-oħra, id-dritt u l-obbligu li jitwettqu dawn il-kompiti jiġu ttrasferiti lilha. Jekk waħda mill-partijiet tobbliga ruħha li twettaq kompitu għall-partijiet l-oħra, dan isir bla ħsara għad-drittijiet u għall-obbligi tagħhom bħala l-partijiet responsabbli għall-kompitu. (3) Il-kuntratt jista’ jipprovdi li l-partijiet l-oħra jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fit-tlestija u fit-twettiq tal-kompiti; dan jgħodd ukoll għar-reklutaġġ tal-persunal. (4) Il-kuntratt għandu jipprovdi għal kumpens xieraq li għandu, bħala prinċipju, jiġi kkalkulat b’mod li jkopri l-ispejjeż li jirriżultaw mit-teħid ta’ responsabbiltà għall-kompitu mogħti jew mit-twettiq tiegħu. (5) Jekk il-kuntratt jiġi konkluż għal żmien indeterminat jew jekk il-perijodu ta’ validità tiegħu jeċċedi 20 sena, il-kuntratt għandu jispeċifika taħt liema kundizzjonijiet u f’liema forma jista’ jiġi rexiss minn parti.” |
8 |
Id-deċiżjoni tar-rinviju tenfasizza li, minn naħa, il-GkG NRW tagħmel distinzjoni bejn il-kuntratti msejħa “ta’ mandat”, li permezz tagħhom entità tobbliga ruħha li twettaq ċerti kompiti f’isem entità oħra, u l-kuntratti msejħa “ta’ delega”, li jirriżultaw fi trasferiment ta’ kompetenza, li permezz tagħhom entità tieħu responsabbiltà għal kompitu li għaliha hija responsabbli entità oħra. Min-naħa l-oħra, il-ġurisprudenza nazzjonali tikkunsidra li l-kuntratti msejħa “ta’ mandat” huma suġġetti għar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi jekk ikunu ta’ natura oneruża. |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
9 |
Il-Kreis Düren huwa assoċjazzjoni ta’ muniċipalitajiet li Stadt Düren tifforma parti minnha. Permezz ta’ diversi kuntratti, Piepenbrock ħadet ħsieb it-tindif tal-bini li jappartjeni għal dan il-Kreis. |
10 |
Dan tal-aħħar ħejja abbozz ta’ kuntratt irregolat mid-dritt pubbliku ma’ Stadt Düren li permezz tiegħu huwa kellu jittrasferixxi lil din tal-aħħar ir-responsabbiltà għat-tindif tal-bini tiegħu użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel, li jinsab fit-territorju ta’ Stadt Düren, għall-ewwel għal fażi pilota ta’ sentejn. |
11 |
L-Artikolu 1 tal-abbozz tal-kuntratt jaqra kif ġej: “(1) Il-Kreis Düren jittrasferixxi lil Stadt Düren, bl-effett li jinħeles mill-obbligi tiegħu, il-kompitu tiegħu li jnaddaf il-bini li jappartjeni lilu u li jinsab fit-territorju muniċipali. (2) Il-kompitu ta’ tindif jirrigwarda t-tindif tal-bini u tal-ħġieg fil-bini użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel tal-Kreis Düren. (3) Stadt Düren tieħu responsabbiltà unika għall-kompitu deskritt fil-punti 1 u 2. Id-dritt u l-obbligu li jitwettaq dan il-kompitu huma ttrasferiti lil Stadt Düren (l-ewwel opzjoni tal-Artikolu 23(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(2) tal-GkG NRW). Stadt Düren tieħu responsabbiltà għall-obbligi tal-Kreis u f’dan ir-rigward ikollha responsabbiltà unika. (4) Stadt Düren hija awtorizzata tirrikorri għal terzi sabiex iwettqu l-kompitu ttrasferit permezz tal-punt 1.” |
12 |
Skont l-Artikolu 23(4) tal-GkG NRW, dan l-abbozz ta’ kuntratt jistipula kumpens finanzjarju għall-ispejjeż inkorsi minn Stadt Düren, li huwa stabbilit abbażi ta’ rata għal kull siegħa. |
13 |
Barra minn hekk, mill-proċess li għalih il-Qorti tal-Ġustizzja kellha aċċess jirriżulta li l-imsemmi abbozz jirriżerva lill-Kreis Düren id-dritt li jittermina l-kuntratt unilateralment fil-każ ta’ twettiq ħażin min-naħa ta’ Stadt Düren. |
14 |
Fl-aħħar nett, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kompiti ta’ tindif ikkonċernati ser jitwettqu minn Dürener Reinigungsgesellschaft mbH, li hija kumpannija li tappartjeni lil Stadt Düren. |
15 |
Piepenbrock ippreżentat rikors bil-għan li l-Kreis Düren jiġi impedit milli jikkonkludi l-imsemmi kuntratt mingħajr ma ssir proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, billi sostniet li t-twettiq ta’ dawn il-kompiti bi ħlas jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi li tissodisfa l-kundizzjonijiet tas-suq u li tista’ tiġi pprovduta minn fornituri ta’ servizzi privati. Barra minn hekk, f’tali kuntest, dan ma huwiex il-każ ta’ tip ta’ aġġudikazzjoni interna li tevita l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi skont is-sentenza tat-18 ta’ Novembru 1999, Teckal (C-107/98, Ġabra p. I-8121), peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni ma humiex sodisfatti, filwaqt li referenza għas-sentenza tad-9 ta’ Ġunju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-480/06, Ġabra p. I-4747), ma hijiex rilevanti, fin-nuqqas ta’ “kooperazzjoni orizzontali” bejn iż-żewġ entitajiet pubbliċi kkonċernati. |
16 |
Piepenbrock tilfet fl-ewwel istanza, billi ġie deċiż li l-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jirrigwarda kuntratt imsejjaħ “ta delega”, skont l-Artikolu 23 tal-GkG NRW, li ma huwiex suġġett għar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi. Din il-kumpannija ppreżentat appell minn din id-deċiżjoni quddiem l-Oberlandesgericht Düsseldorf (Qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf), billi sostniet li din il-klassifikazzjoni bħala kuntratt ta’ delega ma hijiex rilevanti fid-dawl tal-karatteristiċi tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
17 |
Għall-kuntrarju, il-Kreis Düren isostni li tali delega ta’ kompitu ta’ dritt pubbliku tikkostitwixxi deċiżjoni li taqa’ taħt l-organizzazzjoni nazzjonali interna, li ma hijiex suġġetta għar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi. |
18 |
Il-qorti tar-rinviju tenfasizza din il-karatteristika tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, filwaqt li teżamina r-rilevanza tan-natura ta’ dritt pubbliku ta’ dan il-kuntratt fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi. |
19 |
L-ewwel nett, hija tikkonstata li l-kompitu kkonċernat ma jirrigwardax l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 51 TFUE u tal-Artikolu 62 TFUE, u għalhekk, fuq din il-bażi, ma jevitax id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħalma hija d-Direttiva 2004/18. |
20 |
It-tieni nett, hija tikkonstata li l-eċċezzjoni mogħtija prominenza mis-sentenza Teckal, iċċitata iktar ’il fuq, ma tapplikax għall-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, billi l-Kreis Düren ma jeżerċitax fuq Stadt Düren, kif lanqas ma jagħmel fuq il-kumpannija Dürener Reinigungsgesellschaft, kontroll simili għal dak li huwa jeżerċita fuq id-dipartimenti tiegħu stess. |
21 |
It-tielet nett, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kuntest tal-kawża pendenti quddiemha huwa differenti mill-fatti tal-kawża li taw lok għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq, peress li l-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa kkaratterizzat minn assenza ta’ kooperazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi kkonċernati, billi entità waħda tiddelega purament u sempliċement waħda mill-funzjonijiet tagħha lill-oħra, ħaġa li tippermetti l-GkG NRW. |
22 |
Madankollu din il-qorti tistaqsi jekk, fid-dawl tal-imsemmija sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, tipi oħra ta’ kuntratti bejn awtoritajiet lokali minbarra dak li għalih tirreferi din is-sentenza jevitawx ir-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, hija tistaqsi jekk hemmx lok li ssir distinzjoni bejn il-kuntratti dwar funzjonijiet ta’ servizz pubbliku bħala tali, bħar-rimi tal-iskart, u l-kuntratti li jikkonċernaw it-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet biss b’mod indirett, bħal, f’dan il-każ, it-tindif ta’ bini użat għat-twettiq ta’ tali funzjoni. |
23 |
L-imsemmija qorti tistaqsi wkoll jekk kuntratti ta’ kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet jevitawx b’mod ġenerali r-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi, bħala “atti ta’ organizzazzjoni amministrattiva interna”. F’dan ir-rigward hija tirrileva li l-organizzazzjoni amministrattiva tal-Istati Membri ma taqax taħt il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea u, barra minn hekk, li l-awtonomija amministrattiva tal-muniċipalitajiet, u għalhekk il-possibbiltà li tiġi stabbilita kooperazzjoni volontarja bejn il-muniċipalitajiet, hija ggarantita mill-Artikolu 28(2) tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
24 |
Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tosserva li s-suġġett tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa prattikament identiku għal kwalunkwe kuntratt suġġett għad-Direttiva 2004/18 li permezz tiegħu Stadt Düren tingħata l-inkarigu li twettaq servizzi ta’ tindif bi ħlas. F’dan ir-rigward, hija tistaqsi jekk id-distinzjoni magħmula mill-GkG NRW bejn il-kuntratti msejħa “ta’ mandat” u l-kuntratti msejħa “ta’ delega”, li l-kuntratt ikkonċernat jaqa’ f’din it-tieni kategorija, hijiex determinanti, fid-dawl tal-fatt li, meta kuntratt jirrigwarda kompiti anċillari li ma jikkonċernawx direttament l-attivitajiet esterni tal-muniċipalitajiet, il-fatt li jseħħ trasferiment ta’ kompetenza huwa purament formali, billi l-għażla ta’ wieħed jew l-ieħor mit-tipi ta’ kuntratti possibbli tipproduċi konkretament l-istess effetti mill-aspett ekonomiku. Għal din ir-raġuni, li wieħed jirrikorri għal kuntratt imsejjaħ “ta’ delega” jista’ jikkostitwixxi “mekkaniżmu sabiex [jiġu evitati ]r-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi”, kif imsemmi fil-punt 48 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq. |
25 |
F’dan il-kuntest, l-Oberlandesgericht Düsseldorf iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja: “Għandu [...] jiġi kkunsidrat bħala ‘kuntratt pubbliku’ fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18[...], kuntratt bejn żewġ awtoritajiet lokali li permezz tiegħu waħda minnhom tittrasferixxi lill-awtorità l-oħra, kompetenza limitata ħafna inkambju għar-rimbors tal-ispejjeż, partikolarment meta l kompitu ttrasferit ma jirrigwardax attività ta’ awtorità pubblika bħala tali, iżda jirrigwarda biss [attivitajiet] anċillari?” |
Fuq id-domanda preliminari
26 |
Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu entità pubblika tinkariga lil entità pubblika oħra bil-funzjoni li tnaddaf xi bini użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel, bl-awtorizzazzjoni lil din it-tieni entità li tirrikorri għal terzi għat-twettiq ta’ din il-funzjoni, inkambju għal kumpens finanzjarju li jitqies li jikkorrispondi għall-ispejjeż inkorsi għat-twettiq tal-imsemmija funzjoni, filwaqt li tirriżerva s-setgħa li tivverifika t-twettiq tajjeb tal-imsemmija funzjoni, jikkostitwixxix kuntratt pubbliku għal servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 2004/18 u huwiex suġġett, fuq din il-bażi, għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. |
27 |
F’dan ir-rigward, fil-fatt, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Kreis Düren jirriżerva tali setgħa ta’ verifika, billi dan il-kuntratt jipprovdi li huwa jista’ jitterminah unilateralment fil-każ ta’ twettiq ħażin min-naħa ta’ Stadt Düren. |
28 |
Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2004/18, kuntratt b’interess pekunjarju konkluż bil-miktub bejn operatur ekonomiku u awtorità kontraenti, u li għandu bħala għan il-provvista ta’ servizzi previsti fl-Anness II A ta’ din id-direttiva jikkostitwixxi kuntratt pubbliku. |
29 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, huwa irrilevanti, minn naħa, jekk dan l-operatur ikunx huwa stess awtorità kontraenti u, min-naħa l-oħra, jekk l-entità kkonċernata ma jkollhiex prinċipalment għan li tagħmel qligħ, jekk ma jkollhiex struttura ta’ impriża jew inkella jekk ma jkollhiex preżenza kontinwa fis-suq (sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2012, Ordine degli Ingegneri della provincia di Lecce et, punt 26). |
30 |
It-tieni nett, attivitajiet bħal dawk li huma s-suġġett tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma servizzi tat-tindif tal-bini msemmija fil-kategorija 14 tal-Anness II A tad-Direttiva 2004/18. |
31 |
It-tielet nett, kuntratt għandu jitqies li huwa konkluż “għall-interess tal-flus”, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18, anki jekk ir-remunerazzjoni prevista tkun limitata għar-rimbors tal-ispejjeż inkorsi sabiex jiġi pprovdut is-servizz miftiehem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29). |
32 |
Suġġett għall-verifiki li għandha tagħmel il-qorti tar-rinviju, jidher, minn naħa, li kuntratt bħall-abbozz ta’ kuntratt fil-kawża prinċipali għandu l-karatteristiċi kollha msemmija iktar ’il fuq u, għaldaqstant, jikkostitwixxi, bħala prinċipju, kuntratt pubbliku. |
33 |
Min-naħa l-oħra, jidher li tali kuntratt ma jaqax taħt iż-żewġ tipi ta’ kuntratti li, minkejja li huma konklużi minn entitajiet pubbliċi, madankollu ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. |
34 |
L-ewwel tip ta’ kuntratti huma dawk li huma konklużi minn entità pubblika ma’ persuna ġuridikament distinta minn din tal-aħħar meta, fl-istess ħin, din l-entità teżerċita fuq din il-persuna kontroll simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u meta l-imsemmija persuna twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha mal-entità jew mal-entitajiet li jikkontrollawha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Teckal, punt 50, u Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et, punt 32). |
35 |
F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma hija sodisfatta fil-kuntest ta’ kuntratt bħall-abbozz ta’ kuntratt fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, l-ewwel nett, ebda entità ma tikkontrolla entità oħra. It-tieni nett, l-entità li tinkariga lill-oħra bit-twettiq ta’ kompitu, minkejja li tirriżerva d-dritt li tivverifika t-twettiq tajjeb ta’ dan il-kompitu, ma teżerċitax fuq it-tieni entità kontroll li jista’ jiġi kklassifikat bħala simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess. Fl-aħħar nett, din it-tieni entità ma twettaqx il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha għall-ewwel entità. |
36 |
It-tieni tip ta’ kuntratti huma dawk li jistabbilixxu kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi, li għandhom bħala għan li jiżguraw it-twettiq ta’ funzjoni ta’ servizz pubbliku li hija komuni għalihom (ara s-sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34). |
37 |
F’din is-sitwazzjoni, ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi ma humiex applikabbli sa fejn tali kuntratti jkunu konklużi esklużivament minn entitajiet pubbliċi, mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ parti privata, ebda fornitur privat ma jitpoġġa f’sitwazzjoni privileġġata fir-rigward tal-kompetituri tiegħu u l-kooperazzjoni li huma jistabbilixxu tkun irregolata biss minn kunsiderazzjonijiet u rekwiżiti intiżi sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess pubbliku (sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35). |
38 |
Il-kriterji kollha msemmija iktar ’il fuq huma kumulattivi, b’mod li kuntratt bejn entitajiet pubbliċi jista’ joħroġ mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi abbażi ta’ din l-eċċezzjoni biss jekk il-ftehim li jistabbilixxi dan il-kuntratt jissodisfa dawn il-kriterji kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36). |
39 |
Issa mill-konstatazzjonijiet magħmula mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jidhirx li għandu l-għan li jistabbilixxi kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet pubbliċi kontraenti bl-iskop li titwettaq funzjoni ta’ servizz pubbliku komuni. |
40 |
Barra minn hekk, minn dawn il-konstatazzjonijiet jirriżulta wkoll li dan il-kuntratt jawtorizza r-rikors għal terz għat-twettiq tal-funzjoni prevista mill-imsemmi kuntratt b’mod li dan it-terz jista’ jiġi vvantaġġat meta mqabbel mal-impriżi l-oħra attivi fl-istess suq. |
41 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu, mingħajr ma tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi kontraenti bl-iskop li titwettaq funzjoni ta’ servizz pubbliku komuni, entità pubblika tinkariga lil entità pubblika oħra bil-funzjoni li tnaddaf xi bini użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel, filwaqt li tirriżerva s-setgħa li tivverifika t-twettiq tajjeb ta’ din il-funzjoni, inkambju għal kumpens finanzjarju li jitqies li jikkorrispondi għall-ispejjeż inkorsi għat-twettiq tal-imsemmija funzjoni, bl-awtorizzazzjoni, barra minn hekk, lit-tieni entità li tirrikorri għal terzi li possibbilment ikollhom il-kapaċità li jaġixxu fis-suq għat-twettiq ta’ din il-funzjoni, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku għal servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 2004/18. |
Fuq l-ispejjeż
42 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
Kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu, mingħajr ma tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi kontraenti bl-iskop li titwettaq funzjoni ta’ servizz pubbliku komuni, entità pubblika tinkariga lil entità pubblika oħra bil-funzjoni li tnaddaf xi bini użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel, filwaqt li tirriżerva s-setgħa li tivverifika t-twettiq tajjeb ta’ din il-funzjoni, inkambju għal kumpens finanzjarju li jitqies li jikkorrispondi għall-ispejjeż inkorsi għat-twettiq tal-imsemmija funzjoni, bl-awtorizzazzjoni, barra minn hekk, lit-tieni entità li tirrikorri għal terzi li possibbilment ikollhom il-kapaċità li jaġixxu fis-suq għat-twettiq ta’ din il-funzjoni, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku għal servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi]. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.
Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva
Fil-Kawża C-386/11,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Lulju 2011, fil-proċedura
Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG
vs
Kreis Düren,
fil-preżenza ta’:
Stadt Düren ,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, A. Rosas, E. Juhász, D. Šváby (Relatur) u C. Vajda, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,
Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-7 ta’ Frar 2013,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– għal Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG, minn L. Wionzeck, avukat,
– għall-Kreis Düren, minn R. Gruneberg u A. Wilden, avukati,
– għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn W. Ferrante, avvocato dello Stato,
– għall-Gvern Awstrijak, minn M. Fruhmann, bħala aġent,
– għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár, G. Wilms u C. Zadra, bħala aġenti,
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1. It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
2. Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co. KG (iktar ’il quddiem “Piepenbrock”) u l-Kreis Düren (id-distrett ta’ Düren, il-Ġermanja) dwar abbozz ta’ kuntratt li permezz tiegħu dan tal-aħħar jittrasferixxi lil Stadt Düren (il-belt ta’ Düren) ir-responsabbiltà għat-tindif ta’ bini li jinsab fit-territorju ta’ din tal-aħħar iżda li jappartjeni lill-Kreis Düren u huwa użat minnu, inkambju għal kumpens finanzjarju.
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3. Skont il-premessa 2 tad-Direttiva 2004/18:
“L-għoti tal-kuntratti ffinalizzati fl-Istati Membri f’isem l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi oħra mmexxija minn entitajiet legali pubbliċi, huwa soġġett li josserva l-prinċipji tat-Trattat [KE] u in partikolari għall-prinċipji tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-prinċipju ta’ l-istabbiliment ħieles u l-prinċipju tal-libertà li tipprovdi servizzi u l-prinċipji li jitnisslu minn dawn, bħal ma huwa il-prinċipju tat-trattament ugwali, il-prinċipju ta’ bla diskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ għarfien reċiproku, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipju tat-trasparenza. Madankollu, għall-kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu ammont, huwa rakkomandat li jinħarġu disposizzjonijiet ta’ kordinazzjoni Komunitarja tal-proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti bħal dawn li huma bbażati fuq dawn il-prinċipji sabiex jiġu assigurati l-effetti li dawn jista’ jkollhom u biex jiggarantixxu l-bidu tal-kisba għall-kompetizzjoni. [...]”
4. L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:
“[...]
2. (a) ‘Kuntratti pubbliċi’ huma kuntratti għall-interess tal-flus konklużi bil-miktub bejn wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi u li għandhom bħala objettiv tagħhom l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-disposizzjoni tas-servizzi fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.
[...]
(d) ‘Kuntratti għal servizzi pubbliċi’ huma kuntratti pubbliċi barra kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi jew kuntratti għall-provvisti li għandhom bħala għan il-disposizzjoni tas-servizzi riferuti għalihom fl-Anness II.
[...]
8. It-termini ‘kuntrattur’, ‘fornitur’ u ‘min jipprovdi s-servizz’ jfissru kull persuna naturali jew legali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawk il-persuni u/jew korpi li joffru fuq is-suq, rispettivament, l-esekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xi xogħol, prodotti, jew servizzi.
It-terminu ‘operatur ekonomiku’ se jkopri ugwalment il-kunċetti tal-kuntrattur, tal-fornitur u ta’ min jipprovdi s-servizz. Huwa wżat biss fl-interess tas-sempliċità.
[...]”
5. Is-servizzi tat-tindif tal-bini huma servizzi fis-sens tad-Direttiva 2004/18, skont il-kategorija 14 tal-Anness II A ta’ din tal-aħħar.
Id-dritt Ġermaniż
6. L-Artikolu 28(2) tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Grundgesetz für die Bundesrepublik Deutschland) jipprovdi:
“Il-muniċipalitajiet għandhom ikunu ggarantiti d-dritt li jirregolaw l-affarijiet lokali kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fil-limiti tal-liġijiet. Fil-limiti tal-funzjonijiet tagħhom mogħtija mil-liġi, assoċjazzjonijiet ta’ muniċipalitajiet għandhom ikollhom ukoll id-dritt għall-awtonomija amministrattiva taħt il-kundizzjonijiet iddefiniti mil-liġi. [...]”
7. L-Artikolu 23 tal-Liġi tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar il-kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet (Gesetz über die Kommunale Gemeinschaftsarbeit des Landes Nordrhein-Westfalen, iktar ’il quddiem il-“GkG NRW”) jaqra kif ġej:
“(1) Il-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet ta’ muniċipalitajiet jistgħu jiftiehmu li waħda mill-partijiet fil-kuntratt tieħu taħt ir-responsabbiltà tagħha kompiti li għalihom huma responsabbli l-partijiet l-oħra jew tobbliga ruħha li twettaq dawn il-kompiti għall-partijiet l-oħra.
(2) Jekk waħda mill-partijiet tieħu taħt ir-responsabbiltà tagħha kompiti li għalihom huma responsabbli l-partijiet l-oħra, id-dritt u l-obbligu li jitwettqu dawn il-kompiti jiġu ttrasferiti lilha. Jekk waħda mill-partijiet tobbliga ruħha li twettaq kompitu għall-partijiet l-oħra, dan isir bla ħsara għad-drittijiet u għall-obbligi tagħhom bħala l-partijiet responsabbli għall-kompitu.
(3) Il-kuntratt jista’ jipprovdi li l-partijiet l-oħra jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fit-tlestija u fit-twettiq tal-kompiti; dan jgħodd ukoll għar-reklutaġġ tal-persunal.
(4) Il-kuntratt għandu jipprovdi għal kumpens xieraq li għandu, bħala prinċipju, jiġi kkalkulat b’mod li jkopri l-ispejjeż li jirriżultaw mit-teħid ta’ responsabbiltà għall-kompitu mogħti jew mit-twettiq tiegħu.
(5) Jekk il-kuntratt jiġi konkluż għal żmien indeterminat jew jekk il-perijodu ta’ validità tiegħu jeċċedi 20 sena, il-kuntratt għandu jispeċifika taħt liema kundizzjonijiet u f’liema forma jista’ jiġi rexiss minn parti.”
8. Id-deċiżjoni tar-rinviju tenfasizza li, minn naħa, il-GkG NRW tagħmel distinzjoni bejn il-kuntratti msejħa “ta’ mandat”, li permezz tagħhom entità tobbliga ruħha li twettaq ċerti kompiti f’isem entità oħra, u l-kuntratti msejħa “ta’ delega”, li jirriżultaw fi trasferiment ta’ kompetenza, li permezz tagħhom entità tieħu responsabbiltà għal kompitu li għaliha hija responsabbli entità oħra. Min-naħa l-oħra, il-ġurisprudenza nazzjonali tikkunsidra li l-kuntratti msejħa “ta’ mandat” huma suġġetti għar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi jekk ikunu ta’ natura oneruża.
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
9. Il-Kreis Düren huwa assoċjazzjoni ta’ muniċipalitajiet li Stadt Düren tifforma parti minnha. Permezz ta’ diversi kuntratti, Piepenbrock ħadet ħsieb it-tindif tal-bini li jappartjeni għal dan il-Kreis.
10. Dan tal-aħħar ħejja abbozz ta’ kuntratt irregolat mid-dritt pubbliku ma’ Stadt Düren li permezz tiegħu huwa kellu jittrasferixxi lil din tal-aħħar ir-responsabbiltà għat-tindif tal-bini tiegħu użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel, li jinsab fit-territorju ta’ Stadt Düren, għall-ewwel għal fażi pilota ta’ sentejn.
11. L-Artikolu 1 tal-abbozz tal-kuntratt jaqra kif ġej:
“(1) Il-Kreis Düren jittrasferixxi lil Stadt Düren, bl-effett li jinħeles mill-obbligi tiegħu, il-kompitu tiegħu li jnaddaf il-bini li jappartjeni lilu u li jinsab fit-territorju muniċipali.
(2) Il-kompitu ta’ tindif jirrigwarda t-tindif tal-bini u tal-ħġieg fil-bini użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel tal-Kreis Düren.
(3) Stadt Düren tieħu responsabbiltà unika għall-kompitu deskritt fil-punti 1 u 2. Id-dritt u l-obbligu li jitwettaq dan il-kompitu huma ttrasferiti lil Stadt Düren (l-ewwel opzjoni tal-Artikolu 23(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(2) tal-GkG NRW). Stadt Düren tieħu responsabbiltà għall-obbligi tal-Kreis u f’dan ir-rigward ikollha responsabbiltà unika.
(4) Stadt Düren hija awtorizzata tirrikorri għal terzi sabiex iwettqu l-kompitu ttrasferit permezz tal-punt 1.”
12. Skont l-Artikolu 23(4) tal-GkG NRW, dan l-abbozz ta’ kuntratt jistipula kumpens finanzjarju għall-ispejjeż inkorsi minn Stadt Düren, li huwa stabbilit abbażi ta’ rata għal kull siegħa.
13. Barra minn hekk, mill-proċess li għalih il-Qorti tal-Ġustizzja kellha aċċess jirriżulta li l-imsemmi abbozz jirriżerva lill-Kreis Düren id-dritt li jittermina l-kuntratt unilateralment fil-każ ta’ twettiq ħażin min-naħa ta’ Stadt Düren.
14. Fl-aħħar nett, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kompiti ta’ tindif ikkonċernati ser jitwettqu minn Dürener Reinigungsgesellschaft mbH, li hija kumpannija li tappartjeni lil Stadt Düren.
15. Piepenbrock ippreżentat rikors bil-għan li l-Kreis Düren jiġi impedit milli jikkonkludi l-imsemmi kuntratt mingħajr ma ssir proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, billi sostniet li t-twettiq ta’ dawn il-kompiti bi ħlas jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi li tissodisfa l-kundizzjonijiet tas-suq u li tista’ tiġi pprovduta minn fornituri ta’ servizzi privati. Barra minn hekk, f’tali kuntest, dan ma huwiex il-każ ta’ tip ta’ aġġudikazzjoni interna li tevita l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi skont is-sentenza tat-18 ta’ Novembru 1999, Teckal (C-107/98, Ġabra p. I-8121), peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni ma humiex sodisfatti, filwaqt li referenza għas-sentenza tad-9 ta’ Ġunju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-480/06, Ġabra p. I-4747), ma hijiex rilevanti, fin-nuqqas ta’ “kooperazzjoni orizzontali” bejn iż-żewġ entitajiet pubbliċi kkonċernati.
16. Piepenbrock tilfet fl-ewwel istanza, billi ġie deċiż li l-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jirrigwarda kuntratt imsejjaħ “ta delega”, skont l-Artikolu 23 tal-GkG NRW, li ma huwiex suġġett għar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi. Din il-kumpannija ppreżentat appell minn din id-deċiżjoni quddiem l-Oberlandesgericht Düsseldorf (Qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf), billi sostniet li din il-klassifikazzjoni bħala kuntratt ta’ delega ma hijiex rilevanti fid-dawl tal-karatteristiċi tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
17. Għall-kuntrarju, il-Kreis Düren isostni li tali delega ta’ kompitu ta’ dritt pubbliku tikkostitwixxi deċiżjoni li taqa’ taħt l-organizzazzjoni nazzjonali interna, li ma hijiex suġġetta għar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi.
18. Il-qorti tar-rinviju tenfasizza din il-karatteristika tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, filwaqt li teżamina r-rilevanza tan-natura ta’ dritt pubbliku ta’ dan il-kuntratt fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi.
19. L-ewwel nett, hija tikkonstata li l-kompitu kkonċernat ma jirrigwardax l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 51 TFUE u tal-Artikolu 62 TFUE, u għalhekk, fuq din il-bażi, ma jevitax id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħalma hija d-Direttiva 2004/18.
20. It-tieni nett, hija tikkonstata li l-eċċezzjoni mogħtija prominenza mis-sentenza Teckal, iċċitata iktar ’il fuq, ma tapplikax għall-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, billi l-Kreis Düren ma jeżerċitax fuq Stadt Düren, kif lanqas ma jagħmel fuq il-kumpannija Dürener Reinigungsgesellschaft, kontroll simili għal dak li huwa jeżerċita fuq id-dipartimenti tiegħu stess.
21. It-tielet nett, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kuntest tal-kawża pendenti quddiemha huwa differenti mill-fatti tal-kawża li taw lok għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq, peress li l-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa kkaratterizzat minn assenza ta’ kooperazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi kkonċernati, billi entità waħda tiddelega purament u sempliċement waħda mill-funzjonijiet tagħha lill-oħra, ħaġa li tippermetti l-GkG NRW.
22. Madankollu din il-qorti tistaqsi jekk, fid-dawl tal-imsemmija sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, tipi oħra ta’ kuntratti bejn awtoritajiet lokali minbarra dak li għalih tirreferi din is-sentenza jevitawx ir-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, hija tistaqsi jekk hemmx lok li ssir distinzjoni bejn il-kuntratti dwar funzjonijiet ta’ servizz pubbliku bħala tali, bħar-rimi tal-iskart, u l-kuntratti li jikkonċernaw it-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet biss b’mod indirett, bħal, f’dan il-każ, it-tindif ta’ bini użat għat-twettiq ta’ tali funzjoni.
23. L-imsemmija qorti tistaqsi wkoll jekk kuntratti ta’ kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet jevitawx b’mod ġenerali r-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi, bħala “atti ta’ organizzazzjoni amministrattiva interna”. F’dan ir-rigward hija tirrileva li l-organizzazzjoni amministrattiva tal-Istati Membri ma taqax taħt il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea u, barra minn hekk, li l-awtonomija amministrattiva tal-muniċipalitajiet, u għalhekk il-possibbiltà li tiġi stabbilita kooperazzjoni volontarja bejn il-muniċipalitajiet, hija ggarantita mill-Artikolu 28(2) tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
24. Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tosserva li s-suġġett tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa prattikament identiku għal kwalunkwe kuntratt suġ ġett għad-Direttiva 2004/18 li permezz tiegħu Stadt Düren tingħata l-inkarigu li twettaq servizzi ta’ tindif bi ħlas. F’dan ir-rigward, hija tistaqsi jekk id-distinzjoni magħmula mill-GkG NRW bejn il-kuntratti msejħa “ta’ mandat” u l-kuntratti msejħa “ta’ delega”, li l-kuntratt ikkonċernat jaqa’ f’din it-tieni kategorija, hijiex determinanti, fid-dawl tal-fatt li, meta kuntratt jirrigwarda kompiti anċillari li ma jikkonċernawx direttament l-attivitajiet esterni tal-muniċipalitajiet, il-fatt li jseħħ trasferiment ta’ kompetenza huwa purament formali, billi l-għażla ta’ wieħed jew l-ieħor mit-tipi ta’ kuntratti possibbli tipproduċi konkretament l-istess effetti mill-aspett ekonomiku. Għal din ir-raġuni, li wieħed jirrikorri għal kuntratt imsejjaħ “ta’ delega” jista’ jikkostitwixxi “mekkaniżmu sabiex [jiġu evitati ]r-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi”, kif imsemmi fil-punt 48 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq.
25. F’dan il-kuntest, l-Oberlandesgericht Düsseldorf iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:
“Għandu [...] jiġi kkunsidrat bħala ‘kuntratt pubbliku’ fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18[...], kuntratt bejn żewġ awtoritajiet lokali li permezz tiegħu waħda minnhom tittrasferixxi lill-awtorità l-oħra, kompetenza limitata ħafna inkambju għar-rimbors tal-ispejjeż, partikolarment meta l kompitu ttrasferit ma jirrigwardax attività ta’ awtorità pubblika bħala tali, iżda jirrigwarda biss [attivitajiet] anċillari?”
Fuq id-domanda preliminari
26. Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu entità pubblika tinkariga lil entità pubblika oħra bil-funzjoni li tnaddaf xi bini użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel, bl-awtorizzazzjoni lil din it-tieni entità li tirrikorri għal terzi għat-twettiq ta’ din il-funzjoni, inkambju għal kumpens finanzjarju li jitqies li jikkorrispondi għall-ispejjeż inkorsi għat-twettiq tal-imsemmija funzjoni, filwaqt li tirriżerva s-setgħa li tivverifika t-twettiq tajjeb tal-imsemmija funzjoni, jikkostitwixxix kuntratt pubbliku għal servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 2004/18 u huwiex suġġett, fuq din il-bażi, għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.
27. F’dan ir-rigward, fil-fatt, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Kreis Düren jirriżerva tali setgħa ta’ verifika, billi dan il-kuntratt jipprovdi li huwa jista’ jitterminah unilateralment fil-każ ta’ twettiq ħażin min-naħa ta’ Stadt Düren.
28. Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2004/18, kuntratt b’interess pekunjarju konkluż bil-miktub bejn operatur ekonomiku u awtorità kontraenti, u li għandu bħala għan il-provvista ta’ servizzi previsti fl-Anness II A ta’ din id-direttiva jikkostitwixxi kuntratt pubbliku.
29. F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, huwa irrilevanti, minn naħa, jekk dan l-operatur ikunx huwa stess awtorità kontraenti u, min-naħa l-oħra, jekk l-entità kkonċernata ma jkollhiex prinċipalment għan li tagħmel qligħ, jekk ma jkollhiex struttura ta’ impriża jew inkella jekk ma jkollhiex preżenza kontinwa fis-suq (sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2012, Ordine degli Ingegneri della provincia di Lecce et , punt 26).
30. It-tieni nett, attivitajiet bħal dawk li huma s-suġġett tal-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma servizzi tat-tindif tal-bini msemmija fil-kategorija 14 tal-Anness II A tad-Direttiva 2004/18.
31. It-tielet nett, kuntratt għandu jitqies li huwa konkluż “għall-interess tal-flus”, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18, anki jekk ir-remunerazzjoni prevista tkun limitata għar-rimbors tal-ispejjeż inkorsi sabiex jiġi pprovdut is-servizz miftiehem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et , iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).
32. Suġġett għall-verifiki li għandha tagħmel il-qorti tar-rinviju, jidher, minn naħa, li kuntratt bħall-abbozz ta’ kuntratt fil-kawża prinċipali għandu l-karatteristiċi kollha msemmija iktar ’il fuq u, għaldaqstant, jikkostitwixxi, bħala prinċipju, kuntratt pubbliku.
33. Min-naħa l-oħra, jidher li tali kuntratt ma jaqax taħt iż-żewġ tipi ta’ kuntratti li, minkejja li huma konklużi minn entitajiet pubbliċi, madankollu ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi.
34. L-ewwel tip ta’ kuntratti huma dawk li huma konklużi minn entità pubblika ma’ persuna ġuridikament distinta minn din tal-aħħar meta, fl-istess ħin, din l-entità teżerċita fuq din il-persuna kontroll simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u meta l-imsemmija persuna twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha mal-entità jew mal-entitajiet li jikkontrollawha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Teckal, punt 50, u Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et , punt 32).
35. F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma hija sodisfatta fil-kuntest ta’ kuntratt bħall-abbozz ta’ kuntratt fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, l-ewwel nett, ebda entità ma tikkontrolla entità oħra. It-tieni nett, l-entità li tinkariga lill-oħra bit-twettiq ta’ kompitu, minkejja li tirriżerva d-dritt li tivverifika t-twettiq tajjeb ta’ dan il-kompitu, ma teżerċitax fuq it-tieni entità kontroll li jista’ jiġi kklassifikat bħala simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess. Fl-aħħar nett, din it-tieni entità ma twettaqx il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha għall-ewwel entità.
36. It-tieni tip ta’ kuntratti huma dawk li jistabbilixxu kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi, li għandhom bħala għan li jiżguraw it-twettiq ta’ funzjoni ta’ servizz pubbliku li hija komuni għalihom (ara s-sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et , iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).
37. F’din is-sitwazzjoni, ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi ma humiex applikabbli sa fejn tali kuntratti jkunu konklużi esklużivament minn entitajiet pubbliċi, mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ parti privata, ebda fornitur privat ma jitpoġġa f’sitwazzjoni privileġġata fir-rigward tal-kompetituri tiegħu u l-kooperazzjoni li huma jistabbilixxu tkun irregolata biss minn kunsiderazzjonijiet u rekwiżiti intiżi sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess pubbliku (sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et , iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).
38. Il-kriterji kollha msemmija iktar ’il fuq huma kumulattivi, b’mod li kuntratt bejn entitajiet pubbliċi jista’ joħroġ mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi abbażi ta’ din l-eċċezzjoni biss jekk il-ftehim li jistabbilixxi dan il-kuntratt jissodisfa dawn il-kriterji kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et , iċċitata iktar ’il fuq, punt 36).
39. Issa mill-konstatazzjonijiet magħmula mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-abbozz ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jidhirx li għandu l-għan li jistabbilixxi kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet pubbliċi kontraenti bl-iskop li titwettaq funzjoni ta’ servizz pubbliku komuni.
40. Barra minn hekk, minn dawn il-konstatazzjonijiet jirriżulta wkoll li dan il-kuntratt jawtorizza r-rikors għal terz għat-twettiq tal-funzjoni prevista mill-imsemmi kuntratt b’mod li dan it-terz jista’ jiġi vvantaġġat meta mqabbel mal-impriżi l-oħra attivi fl-istess suq.
41. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu, mingħajr ma tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi kontraenti bl-iskop li titwettaq funzjoni ta’ servizz pubbliku komuni, entità pubblika tinkariga lil entità pubblika oħra bil-funzjoni li tnaddaf xi bini użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel, filwaqt li tirriżerva s-setgħa li tivverifika t-twettiq tajjeb ta’ din il-funzjoni, inkambju għal kumpens finanzjarju li jitqies li jikkorrispondi għall-ispejjeż inkorsi għat-twettiq tal-imsemmija funzjoni, bl-awtorizzazzjoni, barra minn hekk, lit-tieni entità li tirrikorri għal terzi li possibbilment ikollhom il-kapaċità li jaġixxu fis-suq għat-twettiq ta’ din il-funzjoni, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku għal servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 2004/18.
Fuq l-ispejjeż
42. Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:
Kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu, mingħajr ma tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi kontraenti bl-iskop li titwettaq funzjoni ta’ servizz pubbliku komuni, entità pubblika tinkariga lil entità pubblika oħra bil-funzjoni li tnaddaf xi bini użat bħala uffiċċji, bini amministrattiv u skejjel, filwaqt li tirriżerva s-setgħa li tivverifika t-twettiq tajjeb ta’ din il-funzjoni, inkambju għal kumpens finanzjarju li jitqies li jikkorrispondi għall-ispejjeż inkorsi għat-twettiq tal-imsemmija funzjoni, bl-awtorizzazzjoni, barra minn hekk, lit-tieni entità li tirrikorri għal terzi li possibbilment ikollhom il-kapaċità li jaġixxu fis-suq għat-twettiq ta’ din il-funzjoni, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku għal servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi].