EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0385
Judgment of the Court (Eighth Chamber), 22 November 2012.#Isabel Elbal Moreno v Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) and Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS).#Reference for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Social de Barcelona.#Article 157 TFEU — Directive 79/7/EEC — Directive 97/81/EC — Framework Agreement on part-time work — Directive 2006/54/EC — Contributory retirement pension — Equal treatment for male and female workers — Indirect discrimination on grounds of sex.#Case C-385/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012.
Isabel Elbal Moreno vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS).
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona.
Artikolu 157 TFUE — Direttiva 79/7/KEE — Direttiva 97/81/KE — Ftehim qafas dwar xoghol part-time — Direttiva 2006/54/KE — Pensjoni tal-irtirar kontributorja — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess.
Kawża C‑385/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012.
Isabel Elbal Moreno vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS).
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona.
Artikolu 157 TFUE — Direttiva 79/7/KEE — Direttiva 97/81/KE — Ftehim qafas dwar xoghol part-time — Direttiva 2006/54/KE — Pensjoni tal-irtirar kontributorja — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess.
Kawża C‑385/11.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:746
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)
22 ta’ Novembru 2012 ( *1 )
“Artikolu 157 TFUE — Direttiva 79/7/KEE — Direttiva 97/81/KE — Ftehim qafas dwar xoghol part-time — Direttiva 2006/54/KE — Pensjoni tal-irtirar kontributorja — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess”
Fil-Kawża C-385/11,
li għandha bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, ippreżentati mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Lulju 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-19 ta’ Lulju 2011, fil-kawża
Isabel Elbal Moreno
vs
Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS),
Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS),
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),
komposta minn C. Toader, li qed jaġixxi bħala President tat-Tmien Awla, E. Jarašiūnas u A. Prechal (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-27 ta’ Settembru 2012,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għall-Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), minn F. de Miguel Pajuelo, bħala aġent, assistit minn A. Álvarez Moreno u J. Ignacio del Valle de Joz, abogados, |
— |
għall-Gvern Spanjol, minn S. Centeno Huerta u S. Martínez-Lage Sobredo, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck u M. Jacobs, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Valero Jordana u M. van Beek, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC [CES] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278, iktar ’il quddiem il-“Ftehim Qafas”), kif ukoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 157 TFUE u 4 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23) u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Elbal Moreno u l-Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) (Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali) u t-Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) (Teżor Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali) dwar il-ksib ta’ pensjoni tal-irtirar. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
3 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 79/7 jipprovdi: “L-għan ta’ din id-Direttiva huwa l-implimentazzjoni progressiva, fil-qasam tas-sigurtà soċjali u l-elementi l-oħra ta’ protezzjoni soċjali pprovduti fl-Artikolu 3, tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, minn issa ’il quddiem imsejjaħ “il-prinċipju tat-trattament ugwali”.” |
4 |
Skont l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 79/7: “Din id-Direttiva għandha tgħodd għal:
|
5 |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7 jipprovdi: “Il-prinċipju tat-trattament ugwali jfisser li m’għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess kemm direttament, jew indirettament speċjalment b’riferenza għall-istat maritali jew tal-familja f’dak li għandu x’jaqsam ma’:
|
6 |
Skont it-termini tal-klawżola 4 tal-Ftehom Qafas, intitolat “Il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni”:
[...]” |
7 |
Id-Direttiva 2006/54 tipprovdi fl-Artikolu 1 tagħha, intitolat “Għan”: “L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat li jkun implimentat il-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol. Għal dan il-għan, hi fiha dispożizzjonijiet biex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ trattament ugwali f’relazzjoni ma’: [...]
[...]” |
Il-leġiżlazzjoni Spanjola
8 |
Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali (ley general de seguridad social), approvata bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 1/94, tal-20 ta’ Ġunju 1994 (BOE Nru 154, tad-29 ta’ Ġunju 1994, p. 20658, iktar ’il quddiem il-“LGSS”), applikabbli għall-kawża prinċipali, huma dawn li ġejjin: “Artikolu 160. Definizzjoni Il-benefiċċju ekonomiku tal-irtirar, tat-tip kontributorju, huwa uniku għal kull benefiċjarju u jikkonsisti f’pensjoni għall-ħajja li ser jingħatalu fil-kundizzjonijiet, bl-ammont u fil-forma stabbilita mill-leġiżlazzjoni, meta l-benefiċjarju, peress li jkun laħaq l-età stabbilita, waqaf jew kien waqaf milli jkun impjegat. Artikolu 161. Benefiċjarji 1. Għandhom dritt għall-pensjoni tal-irtirar tat-tip kontributorju l-persuni li jaqgħu taħt din is-sistema ġenerali preżenti li, barra mill-kundizzjoni ġenerali rikjesta mill-Artikolu 124(1), jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 162. Bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar 1. Il-bażi tal-kakolu tal-pensjoni tal-irtirar tat-tip kontributorju tikkorrispondi għall-kwozjent li jirriżulta mid-diviżjoni b’210 tal-bażijiet ta’ kontribuzzjoni tal-persuna kkonċernata matul il-180 xahar immedjatament qabel ix-xahar preċedenti għal meta seħħ il-fatt li jagħti lok għad-dritt […]. Is-seba’ dispożizzjoni addizzjonali. Regoli applikabbli għall-ħaddiema part-time
L-ewwel nett. Kontribuzzjoni
It-tieni nett. Perijodi ta’ kontribuzzjoni
It-tielet nett. Bażijiet ta’ kalkolu
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
9 |
Fit-8 ta’ Ottubru 2009, fl-età ta’ 66 sena, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqet talba quddiem l-INSS sabiex tikseb pensioni tal-irtirar. Preċedentement, hija kienet ħadmet esklużivament bħala seftura għal assoċjazzjoni ta’ residenti għal 18-il sena part-time, għal 4 sigħat fil-ġimgħa, jiġifieri 10 % tal-ħin tax-xogħol legali fi Spanja, li huwa ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa. |
10 |
B’deċiżjoni tat-13 ta’ Ottubru 2009, din il-pensjoni ġiet irrifjutata lilha peress li ma kinitx tissodisfa l-perjodu minimu ta’ kontribuzzjoni ta’ ħmistax-il sena li kien rikjest għad-dritt tal-pensjoni tal-irtirar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 161(1)(b) tal-LGSS. |
11 |
L-ilment ippreżentat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali fit-30 ta’ Novembru 2009 ġie miċħud b’deċiżjoni tal-INSS tad-9 ta’ Diċembru 2009. Filwaqt li, għar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-prova ta’ perijodu minimu ta’ kontribuzzjoni jammonta għal 4931 jum kienet rikjesta, l-imsemmija deċiżjoni tirrikonoxxi perijodu ta’ kontribuzzjoni ta’ 1362 jum, imqassam kif ġej :
|
12 |
Wara ċ-ċaħda tal-ilment tagħha, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat quddiem il-Juzgado de lo Social de Barcelona rikors li fih hija sostniet li s-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS, li taħtha l-pensjoni ġiet irrifjutata lilha, tirriżulta fi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza. L-imsemmija dispożizzjoni tirrikjedi, fil-fatt, perijodu ta’ kontribuzzjoni ikbar għall-ħaddiema part-time milli għall-ħaddiema full-time, anki jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fattur ta’ korrezzjoni li jikkostitwixxi l-multiplikatur ta’ 1.5 sabiex ikun hemm aċċess għal benefiċċju li huwa diġà proporzjonalment imnaqqas. Barra minn hekk, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssostni li din ir-regola timplika diskriminazzjoni indiretta, peress li huwa statistikament inkontestabbli li n-nisa huma l-utenti prinċipali, madwar 80 %, ta’ dawn it-tip ta’ kuntratti. |
13 |
Dwar l-imsemmija seba’ dispożizzjoni addizzjonali, il-qorti tar-rinviju tispjega li din il-leġiżlazzjoni hija bbażata fuq il-prinċipju tat-teħid inkunsiderazzjoni esklużiv tas-sigħat effettivament maħduma sabiex jiġu ddeterminati l-perijodi ta’ kontribuzzjoni rikjesti, u dan huwa attenwat grazzi għal żewġ regoli korrettivi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għall-protezzjoni tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema part-time. |
14 |
B’hekk, l-ewwel nett, il-kunċett ta’ “jum teoretiku ta’ kontribuzzjoni” huwa ddefinit bħala li jikkorrispondi għal ħames sigħat kuljum ta’ xogħol effettiv jew għal 1826 siegħa fis-sena. Il-kontribuzzjonijiet imħallsin huma meħuda inkunsiderazzjoni f’termini ta’ sigħat maħduma, billi l-ekwivalenza tagħhom tiġi kkalkolata f’jiem teoretiċi ta’ kontribuzzjoni. |
15 |
It-tieni nett, sabiex ikun hemm dritt għall-benefiċċji tal-irtirar u ta’ diżabbiltà permanenti, tiġi applikata regola korrettiva speċifika, li hija koeffiċjent multiplikatur ta’ 1.5 applikat għall-ġranet teoretiċi ta’ kontribuzzjoni. Dawn tal-aħħar huma b’hekk miżjuda, li jiffaċilita l-aċċess għall-protezzjoni. |
16 |
Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, sakemm is-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS tieħu inkunsiderazzjoni biss is-sigħat maħduma u mhux il-perijodu ta’ kontribuzzjoni, jiġifieri l-jiem maħduma, hija timplika finalment applikazzjoni doppja - għalkemm ikkoreġuta – tal-prinċipju ta’ pro rata temporis. Fil-fatt, hija tirrikjedi żmien ta’ kontribuzzjoni proporzjonalment itwal għad-dritt ta’ pensjoni tal-irtirar li jkun ukoll proporzjonalment imnaqqas fil-livell tal-bażi tiegħu minħabba n-natura part-time tax-xogħol. Minn dan isegwi li l-ħaddiem part-time jirrikjedi, rigward kontribuzzjonijiet, perijodu ta’ kwalifika itwal inversament proporzjonali għat-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol tiegħu, sabiex jaċċedi għal pensjoni li l-ammont tagħha huwa diġà direttament u proporzjonalment imnaqqas minħabba n-natura part-time tax-xogħol. |
17 |
Il-qorti tar-rinviju tippreċiża wkoll li, fil-każ tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-LGSS timplika li l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għal perijodu ta’ 18-il sena bir-rata ta’ 10 % tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum huwa ekwivalenti, fid-dawl tal-kalkolu tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni rikjest għall-aċċess għal pensjoni tal-irtirar, ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet matul perijodu inqas minn 3 snin. Konsegwentement, fil-każ ta’ kuntratt ta’ xogħol part-time ta’ erba’ sigħat fil-ġimgħa, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għandha taħdem 100 sena sabiex tissodisfa l-perijodu minimu ta’ kwalifika ta’ 15-il sena, li jippermettilha l-aċċess għal pensjoni tal-irtirar ta’ EUR 112.93 fix-xahar. |
18 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Social de Barcelona ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
19 |
Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tqajjem il-kwistjoni preliminari dwar jekk pensjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, tal-Artikoli 157 TFUE u 4 tad-Direttiva 2006/54 u/jew tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7. |
20 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “paga [remunerazzjoni]” fis-sens tal-Artikolu 157(2)TFUE il-pensjonijiet li jiffurmaw parti mir-relazzjoni ta’ impjieg bejn il-ħaddiem u min jimpjegah, bl-esklużjoni ta’ dawk li jirriżultaw minn sistema legali li hija ffinanzjata minn kontribuzzjonijiet min-naħa tal-ħaddiema, ta’ dawn li jimpjegaw u, eventwalment, tal-awtoritajiet pubbliċi b’tali mod li jkun iktar ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta’ politika soċjali milli fuq tali relazzjoni ta’ impjieg (sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2010, Bruno et, C-395/08 u C-396/08, Ġabra p. I-5119, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata). B’hekk, ma jistgħux jiġu inklużi taħt dan il-kunċett is-sistemi jew il-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali, bħall-pensjonijiet tal-irtirtar, regolati direttament mil-liġi bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe element ta’ ftehim fi ħdan l-impriża jew it-taqsima professionali kkonċernata u applikabbli b’mod vinkolanti għal kategoriji ġenerali ta’ ħaddiema (ara s-sentenza tad-29 ta’ Novembru 2001, Griesmar, C-366/99, Ġabra p. I-9383, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
21 |
Bl-istess mod, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “kondizzjonijiet tax-xogħol” fis-sens tal-klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas il-pensjonijiet li jiddependu fuq relazzjoni ta’ impjieg bejn il-ħaddiem u min jimpjegah, bl-esklużjoni tal-pensjonijiet legali ta’ sigurtà soċjali, li jkunu iktar jiddependu fuq kunsiderazzjonijiet ta’ natura soċjali milli fuq tali relazzjoni ta’ impjieg (sentenza Bruno et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42). |
22 |
Issa, pensjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, kif osserva l-Gvern Spanjol, hija l-iktar waħda ġenerali mill-pensjonijiet regolati mid-dritt Spanjol, tidher bħala pensjoni li tiddependi iktar fuq kunsiderazzjonijiet ta’ natura soċjali milli fuq relazzjoni ta’ impjieg bejn ħaddiema u min jimpjega, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 20 u 21 ta’ din is-sentenza, u li għaliha l-Artikolu 157 TFUE u l-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas għaldaqstant ma japplikawx. |
23 |
Ċertament, il-kunsiderazzjonijiet ta’ politika soċjali, ta’ organizzazzjoni tal-Istat, ta’ etika jew anki l-preokkupazzjonijiet ta’ natura finanzjarja li kellhom jew li seta’ kellhom rwol fit-tfassil ta’ sistema mil-leġiżlatur nazzjonali jistgħu jieħdu preċedenza biss jekk il-pensjoni taffettwa biss kategorija partikolari ta’ ħaddiema, jekk hija direttament relatata mal-perijodu ta’ servizz moqdi u jekk l-ammont tagħha huwa kkalkulat abbażi tal-aħħar salarju (sentenza Bruno et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47). |
24 |
Madankollu, fi kwalunkwe każ, l-ewwel waħda minn dawn it-tliet kundizzjonijiet ma tidhirx li ġiet sodisfatta peress li l-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma juri l-ebda indikazzjoni li pensjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun ta’ interess biss għal kategorija speċifika ta’ ħaddiema. |
25 |
Konsegwentement, kif ġustament jirrileva l-INSS, il-Gvern Spanjol u Belġjan kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, la l-Artikolu 157 TFUE, la, konsegwentement, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54, li huwa intiż li jimplemeta din l-ewwel dispożizzjoni, u lanqas il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas ma jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li japplikaw għal pensjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
26 |
Għall-kuntrarju, tali pensjoni tista’ taqa’ taħt id-Direttiva 79/7, peress li hija tagħmel parti minn sistema legali ta’ protezzjoni kontra wieħed mir-riskji elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-anzjanità, u li hija direttament u effettivament marbuta mal-protezzjoni kontra dan ir-riskju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-20 ta’ Ottubru 2011, Brachner, C-123/10, Ġabra p. I-10003, punt 40). |
27 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li tingħata risposta biss għar-raba’ domanda. |
Fuq ir-raba’ domanda
28 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7 għandux jiġi interpretat fis sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi li ħaddiema part-time, li ħafna minnhom huma nisa, meta mqabbla ma’ ħaddiema full-time, perijodu ta’ kontribuzzjoni proporzjonalment itwal għal aċċess, jekk ikun il-każ, għal pensjoni tal-irtirar tat-tip kontributorja li l-ammont tagħha hija mnaqqsa proporzjonalment skont il-ħin tax-xogħol tagħhom. |
29 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, teżisti diskriminazzjoni indiretta fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7 meta l-applikazzjoni ta’ miżura nazzjonali, minkejja li hija fformulata b’mod newtrali, fil-fatt tqiegħed fi żvantaġġ numru ħafna ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Brachner, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56). |
30 |
Issa, minn naħa, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju u, b’mod partikolari, mill-ispjegazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju msemmija fil-punt 17 ta’ din is-sentenza, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tiżvantaġġja lill-ħaddiema part-time bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li għal żmien twil wettqu xogħol part-time mnaqqas, hekk li, minħabba l-metodu użat sabiex jiġi kkalkulat il-perijodu ta’ kontribuzzjoni rikjest għal aċċess għal pensjoni tal-irtirar, din il-leġiżlazzjoni teskludi, fil-prattika, dawn il-ħaddiema minn kull possibbiltà li jiksbu tali pensjoni. |
31 |
Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju hija stess tikkonstata li huwa statistikament ippruvat li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taffettwa proporzjon ħafna ikbar ta’ nisa milli rġiel, peress li, fi Spanja, mill-inqas 80 % tal-ħaddiema part-time huma nisa. |
32 |
Minn dan isegwi li tali leġiżlazzjoni hija kuntrarja għall-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7, sakemm din il-miżura ma tiġix iġġustifikata minn fatturi oġġettivi u li ma humiex relatati ma’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess. Dan huwa l-każ jekk il-mezzi użati jissodisfaw għan leġittimu ta’ politika soċjali tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija inkwistjoni, huma adatti sabiex jilħqu l-għan imfittex minnhom u huma meħtieġa għal dan il-għan (ara f’dan is-sens, is-sentenza Brachner, iċċitata iktar ’il fuq, punt 70). |
33 |
L-INSS u l-gvern Spanjol isostnu li l-obbligu li jkun kompletat numru ta’ perijodi ta’ kontribuzzjoni minn qabel sabiex ikun hemm dritt għal ċerti benefiċċji jikkostiwixxi l-espressjoni ta’ għan ġenerali ta’ politika soċjali segwita mil-leġiżlatur nazzjonali, peress li dan l-obbligu huwa essenzjali fil-kuntest ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali tat-tip kontributorja, inkluż li jiġi żgurat l-ekwilibriju finanzjarju ta’ din is-sistema. |
34 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-ħaddiema part-time kkonċernati ħallsu kontribuzzjonijiet intiżi, inter alia, sabiex jiffinanzjaw is-sistema tal-pensjonijiet. Barra minn hekk, huwa paċifiku li, jekk huma rċevew pensjoni, l-ammont ta’ dan tal-aħħar ikun proporzjonalment imnaqqas skont il-ħin tax-xogħol u l-kontribuzzjonijiet imħallsa. |
35 |
Issa, kif irrilevaw ġustament il-Gvern Belġjan u l-Kummissjoni, ma hemm xejn fil-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li jippermetti li jiġi konkluż li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-esklużjoni ta’ ħaddiema part-time bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali minn kwalunkwe possibbiltà li jiksbu pensjoni tal-irtirar tikkostitwixxi miżura effettivament neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan tas-salvagwardja tas-sistema ta’ sigurta’ soċjali tat-tip kontributorja, li għaliha jirreferu l-INSS u l-Gvern Spanjol, u li ebda miżura oħra inqas restrittiva għal dawn il-ħaddiema ma’ tista’ tikseb dan l-istess għan. |
36 |
Din l-interpretazzjoni ma hijiex affettwata mill-argument tal-INSS u tal-Gvern Spanjol li ż-żewġ miżuri korrettivi msemmija fil-punti 14 u 15 ta’ din is-sentenza għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għall-pensjoni tal-irtirar għall-ħaddiem part-time. Fil-fatt, ma jidhirx li dawn il-miżuri korrettivi kellhom xi effett pożittiv fuq is-sitwazzjoni tal-ħaddiema part-time bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. |
37 |
F’dak li jirrigwarda r-riferiment li sar mill-Gvern Spanjol għas-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2009, Gómez-Limón Sánchez-Camacho (C-537/07, Ġabra p. I-6525), huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, kif ġustament irrilevat il-Kummissjoni, din is-sentenza, kif jirriżulta mill-punt 60 tagħha, tikkonċerna, rigward id-Direttiva 79/7, essenzjalment l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tagħha, li biha l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar il-kisba ta’ drittijiet għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali taħt sistemi legali wara perijodi ta’ waqfien mill-impjieg minħabba l-edukazzjoni tat-tfal. Issa, ma jirriżultax mid-deċiżjoni tar-rinviju li din id-dispożizzjoni hija applikabbli għall-kawża prinċipali. |
38 |
Konsegwentement, għandha tingħata risposta għar-raba’ domanda li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi minn ħaddiema part-time, li ħafna minnhom huma nisa, meta mqabbla mal-ħaddiema full-time, perijodu ta’ kontribuzzjoni proporzjonalment itwal għall-aċċess, jekk ikun il-każ, għal pensjoni tal-irtirar tat-tip kontributorja li l-ammont tagħha huwa mnaqqas proporzjonalment skont il-ħin tax-xogħol tagħhom. |
Fuq l-ispejjeż
39 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi minn ħaddiema part-time, li ħafna minnhom huma nisa, meta mqabbla mal-ħaddiema full-time, perijodu ta’ kontribuzzjoni proporzjonalment itwal għal aċċess, jekk ikun il-każ, għal pensjoni tal-irtirar tat-tip kontributorja li l-ammont tagħha huwa mnaqqas proporzjonalment skont il-ħin tax-xogħol tagħhom. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.