This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0364
Judgment of the Court (Grand Chamber), 19 December 2012.#Mostafa Abed El Karem El Kott and Others v Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal.#Reference for a preliminary ruling from the Fővárosi Bíróság.#Directive 2004/83/EC — Minimum standards for determining who qualifies for refugee status or subsidiary protection status — Stateless persons of Palestinian origin who have in fact availed themselves of assistance from the United Nations Relief and Works Agency for Palestine Refugees in the Near East (UNRWA) — The right of those stateless persons to recognition as refugees on the basis of the second sentence of Article 12(1)(a) of Directive 2004/83 — Conditions under which applicable — Cessation of UNRWA assistance ‘for any reason’ — Evidence — Consequences for the persons concerned seeking refugee status — Persons ‘ipso facto … entitled to the benefits of [the] Directive’ — Automatic recognition as a ‘refugee’ within the meaning of Article 2(c) of Directive 2004/83 and the granting of refugee status in accordance with Article 13 thereof.#Case C‑364/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2012.
Mostafa Abed El Karem El Kott et vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal.
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija).
Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Persuni mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana li effettivament irrikorrew għall-assistenza tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) — Dritt ta’ dawn il-persuni mingħajr stat li jiġi rikonoxxut fil-konfront tagħhom l-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Waqfien tal-imsemmija assistenza min-naħa tal-UNRWA ‘għal xi raġuni’ — Prova — Konsegwenzi għall-partijiet ikkonċernati li jitolbu l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat — Dritt li ‘ipso facto jiġu intitolati għall-benefiċċji ta’ din id-direttiva’ — Rikonoxximent sħiħ tal-kwalità ta’ ‘refuġjat’ fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva u għoti tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 13 tagħha.
Kawża C‑364/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2012.
Mostafa Abed El Karem El Kott et vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal.
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija).
Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Persuni mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana li effettivament irrikorrew għall-assistenza tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) — Dritt ta’ dawn il-persuni mingħajr stat li jiġi rikonoxxut fil-konfront tagħhom l-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Waqfien tal-imsemmija assistenza min-naħa tal-UNRWA ‘għal xi raġuni’ — Prova — Konsegwenzi għall-partijiet ikkonċernati li jitolbu l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat — Dritt li ‘ipso facto jiġu intitolati għall-benefiċċji ta’ din id-direttiva’ — Rikonoxximent sħiħ tal-kwalità ta’ ‘refuġjat’ fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva u għoti tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 13 tagħha.
Kawża C‑364/11.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:826
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
19 ta’ Diċembru 2012 ( *1 )
“Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Persuni mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana li effettivament irrikorrew għall-assistenza tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) — Dritt ta’ dawn il-persuni mingħajr stat li jiġi rikonoxxut fil-konfront tagħhom l-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Waqfien tal-imsemmija assistenza min-naħa tal-UNRWA ‘għal xi raġuni’ — Prova — Konsegwenzi għall-partijiet ikkonċernati li jitolbu l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat — Dritt li ‘ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din id-direttiva’ — Rikonoxximent sħiħ tal-kwalità ta’ ‘refuġjat’ fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva u għoti tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 13 tagħha”
Fil-Kawża C-364/11,
Li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Fővárosi Bíróság (L-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Ġunju 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-11 ta’ Lulju 2011, fil-proċedura
Mostafa Abed El Karem El Kott,
Chadi Amin A Radi,
Hazem Kamel Ismail
vs
Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal,
fil-preżenza ta’:
ENSZ Menekültügyi Főbiztossága,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, A. Tizzano, L. Bay Larsen (Relatur), T. von Danwitz u J. Malenovský, Presidenti ta’ Awla, U. Lõhmus, E. Levits, A. Ó Caoimh, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, C. Toader u J.-J. Kasel, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-15 ta’ Mejju 2012,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal H. Kamel Ismail, minn G. Győző u T. Fazekas, ügyvédek, |
— |
għall-ENSZ Menekültügyi Főbiztossága, minn I. Ciobanu, bħala aġent, assistit minn M. Demetriou, barrister, |
— |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér kif ukoll minn K. Szíjjártó u Z. Tóth, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne u C. Pochet, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u N. Graf Vitzthum, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u S. Menez kif ukoll minn B. Beaupère-Manokha, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Rumen, minn F. Abrudan u I. Bara kif ukoll minn R. H. Radu, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Seeboruth, bħala aġent, assistit minn S. Fatima, barrister, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande u V. Kreuschitz, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-13 ta’ Settembru 2012,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn M. Abed El Karem El Kott, C. A. A Radi u H. Kamel Ismail, it-tlieta li huma persuni mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana, u l-Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal (Uffiċċju tal-immigrazzjoni u tan-nazzjonalità, iktar ’il quddiem il-“BAH”) fir-rigward taċ-ċaħda minn dan tal-aħħar tat-talbiet tagħhom intiżi għall-kisba tal-istatus ta’ refuġjat. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
Il-Konvenzjoni dwar l-istatus tar-refuġjati
3 |
Il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffrimata f’Genève fit-28 ta’ Lulju 1951 [Recueil des traités des Nations Unies, vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954)], daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ April 1954. Hija ġiet ikkompletata u emendata mill-Protokoll dwar l-Istatus tar-Refuġjati, konkluż fi New York fil-31 ta’ Jannar 1967, li daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Ottubru 1967 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Genève”). |
4 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1A(2) tal-Konvenzjoni ta’ Genève, il-kelma “refuġjat” tapplika għal kwalunkwe persuna li, “minħabba f’biża’ msejsa fuq ir-realtà li tista’ tiġi ppersegwitata għal raġunijiet ta’ razza, reliġjon, nazzjonalità, sħubija f’xi grupp soċjali jew fehma politika partikolari, tkun tinsab barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità tagħha u ma tkunx kapaċi jew, minħabba f’dik il-biża’, ma tkunx trid, tinqeda bil-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż; jew li, mingħajr ma jkollha nazzjonalità u filwaqt li tkun barra mill-pajjiż fejn is-soltu kienet toqgħod […] ma tkunx kapaċi jew, minħabba f’dik il-biża’, ma tkunx trid terġa’ lura fih”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
5 |
L-Artikolu 1D tal-Konvenzjoni ta’ Genève, li tistabbilixxi status ġuridiku ta’ natura eċċezzjonali għal ċertu grupp ta’ persuni jipprovdi: “Din il-Konvenzjoni ma għandhiex tapplika għal persuni li attwalment qegħdin jirċievu protezzjoni jew assistenza minn organi jew istituzzjonijiet oħra tan-Nazzjonijiet Uniti għajr il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Protezzjoni u l-Assistenza tar-Refuġjati [(HCR)]. Meta din il-protezzjoni jew assistenza tieqaf għal xi raġuni, mingħajr ma l-pożizzjoni ta’ dawn il-persuni tkun ġiet deċiża definittivament skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, dawn il-persuni għandhom ipso facto jiġu intitolati għall-benefiċċji ta’ din il-Konvenzjoni.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Il-Kummissjoni tal-konċiljazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Palestina
6 |
Il-Kummissjoni tal-Konċiljazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Palestina (UNCCP) ġiet stabbilita permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 194 (III) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-11 ta’ Diċembru 1948. Skont it-tieni subparagrafu tal-punt 11 ta’ din ir-riżoluzjoni, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti: “Tagħti istruzzjonijiet lill-[UNCCP] sabiex tiffaċilita r-ripatrijazzjoni, l-installazzjoni mill-ġdid u r-riabilitazzjoni ekonomika u soċjali tar-refuġjati, kif ukoll il-ħlas tal-kumpensi, u sabiex iżżomm relazzjonijiet mill-qrib mad-Direttur tan-Nazzjonijiet Uniti għall-assistenza lir-refuġjati Palestinjani, u, permezz tiegħu, mal-korpi u mal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib
7 |
Ir-Riżoluzzjoni Nru 302 (IV) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tat-8 ta’ Diċembru 1949, dwar l-assistenza għar-refuġjati Palestinjani, stabbilixxiet l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA). Il-mandat tiegħu ġġedded regolarment u l-mandat attwali tagħha jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2011. Iż-żona ta’ operazzjoni tal-UNRWA tinkludi l-Libanu, is-Sirja, il-Ġordan, ix-Xatt tal-Punent (inkluża Ġerusalem tal-Lvant) u l-Istrixxa ta’ Gaża. |
8 |
Skont il-punt 20 tar-Riżoluzzjoni Nru 302 (IV), l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti: “Tagħti istruzzjonijiet lill-[UNRWA] sabiex jikkonsulta mal-[UNCCP], b’tali mod li t-tnejn li huma jkunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet rispettivi tagħhom bl-aħjar mod possibbli, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-punt 11 tar-Riżoluzzjoni Nru 194 (III), adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-11 ta’ Diċembru 1948”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
9 |
Skont il-punt 6 tar-Riżoluzzjoni Nru 2252 (ES-V) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-4 ta’ Lulju 1967, dwar l-assistenza umanitarja, hija tapprova l-isforzi tal-UNRWA sabiex jipprovdi assistenza umanitarja, sa fejn huwa prattikabbli, fuq bażi ta’ emerġenza u bħala miżura temporanja, lill-persuni l-oħra fiż-żona li huma attwalment refuġjati u fi bżonn serju ta’ assistenza immedjata b’konsegwenza tal-ostilitajiet reċenti. |
10 |
Skont il-punti 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni Nru 66/72 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tad-9 ta’ Diċembru 2011, dwar l-assistenza għar-refuġjati Palestinjani, hija:
|
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2004/83
11 |
Skont il-premessa 3 tad-Direttiva 2004/83, il-Konvenzjoni ta’ Genève tikkostitwixxi l-bażi tas-sistema legali internazzjonali li tirrigwarda l-protezzjoni tar-refuġjati. |
12 |
Kif jirriżulta mill-premessa 10 tal-imsemmija direttiva, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 6(1) TFUE, hija tirrispetta d-drittijiet fundamentali, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). B’mod partikolari, din id-direttiva għandha l-intenzjoni li tiggarantixxi, abbażi tal-Artikoli 1 u 18 tal-Karta, ir-rispett sħiħ tad-dinjità umana u tad-dritt għal ażil tal-persuni li japplikaw għal ażil. |
13 |
Il-premessi 16 u 17 tal-istess direttiva jipprovdu kif ġej:
|
14 |
Skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2004/83 għandha bħala għan li tistabbilixxi regoli minimi, minn naħa, li jikkonċernaw il-kundizzjonjiet li għandhom jissodisfaw iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew il-persuni mingħajr stat sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali u, min-naħa l-oħra, li jikkonċernaw il-kontenut tal-protezzjoni mogħtija. |
15 |
Skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, għall-finijiet tagħha:
[...]
[...]” |
16 |
L-Artikolu 4 tal-istess direttiva, li jinsab fil-Kapitolu II tagħha, intitolat “Stima ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali”, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi. Is-subartikolu 3 tiegħu jipprovdi: “L-istima ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali trid titwettaq fuq bażi individwali u tinkludi li jitqiesu:
|
17 |
Fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2004/83, intitolat “Kwalifika biex wieħed ikun refuġjat”, l-Artikolu 11 tagħha, intitolat “Waqfien”, jipprovdi: “1. Ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandu jieqaf milli jkun refuġjat, jekk huwa jew hija: [...]
[...]” |
18 |
Taħt it-titolu “Esklużjoni”, l-Artikolu 12(1)(a) tal-imsemmija direttiva, li jinsab fl-istess Kapitolu III, jipprovdi żewġ sentenzi li jirriflettu ż-żewġ paragrafi tal-Artikolu 1D tal-Konvenzjoni ta’ Genève: “Ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandu jiġi eskluż milli jkun refuġjat, jekk:
|
19 |
Skont is-subartikolu 1(b) tal-imsemmi Artikolu 12, kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li “jingħarfu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li fih huwa jew hija qegħdin igħixu bħala li għandhom id-drittijiet u l-obbligi li jingħataw lill-pussess tan-nazzjonalita ta’ dak il-pajjiż; jew drittijiet u obbligi ekwivalenti għal dawn” huwa eskluż mill-istatus ta’ refuġjat. |
20 |
Is-subartikolu 2 tal-istess Artikolu 12 jipprovdi li ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat huwa eskluż mill-istatus ta’ refuġjat meta jkun hemm raġunijiet serji li wieħed jaħseb li jaqa’ taħt waħda jew numru ta’ raġunijiet għal esklużjoni previsti minn din id-dispożizzjoni u li jikkonċernaw, minn naħa, l-fatt li jkun twettaq “delitt kontra l-paċi, delitt ta’ gwerra, jew delitt kontra l-umanità” [Artikolu 12(2)(a)] jew “delitt serju mhux politiku” [Artikolu 12(2)(b)], jew min-naħa l-oħra, ikun sar ħati minn “atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti” [Artikolu 12(2)(ċ)]. |
21 |
Ir-raġunijiet għal-esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat li jinsabu fl-Artikolu 12(1)(b), (2) u (3) tad-Direttiva 2004/83 jikkorrispondu għal dawk li jinsabu fl-Artikolu 1E u F rispettivament, tal-Konvenzjoni ta’ Genève. |
22 |
Fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 2004/83, intitolat “Stat [Status] ta’ refuġjat”, l-Artikolu 13 tiegħu, intitolat “L-għoti ta’ stat [status] ta’ refuġjat”, huwa redatt kif ġej: “L-Istati Membri għandhom jagħtu stat [status] ta’ refuġjat lil ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, li jikkwalifika bħala refuġjat bi qbil mal-Kapitoli II u III.” |
23 |
Fl-istess Kapitolu IV tal-imsemmija direttiva, l-Artikolu 14 tiegħu, intitolat “Revoka u, tmien ta’ jew rifjut għat-tiġdid ta’ stat [status] ta’ refuġjat”, jipprovdi fis-subartikolu 1 tiegħu li l-Istati Membri jirrevokaw l-istatus ta’ refuġjat mogħti minn awtorità nazzjonali meta r-refuġjat ikun waqaf milli jibbenefika minn dan l-istatus skont l-Artikolu 11. |
24 |
L-Artikolu 21(1) tal-istess direttiva, li jinsab fil-Kapitolu VII tagħha, intitolat “Kontenut ta’ protezzjoni internazzjonali”, jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement bi qbil ma’ l-obbligi internazzjonali tagħhom.” |
Id-Direttiva 2005/85/KE
25 |
Skont l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M , p. 168): “‘applikant’ jew ‘applikant għall-ażil’ tfisser ċittadin jew ċittadina ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jagħmlu applikazzjoni għall-ażil li fir-rigward tagħha ma tkunx għadha ġiet meħuda deċiżjoni finali”. |
Id-dritt Ungeriż
26 |
L-Artikolu 8(1) tal-Liġi nru LXXX tal-2007 dwar id-dritt għal ażil (Magyar Közlöny 2007/83), jipprovdi: “Barrani li fir-rigward tiegħu tirriżulta waħda mir-raġunijiet ta’ esklużjoni li jinsabu fl-Artikolu 1 D, E jew F tal-Konvenzjoni ta’ Genève, ma jistax jiġi rikonoxxut bħala refuġjat.” |
Il-kawża prinċipali
Il-każ ta’ M. Abed El Karem El Kott
27 |
Mid-deċiżjoni ta’ rinviju jirriżulta li M. Abed El Karem El Kott kien jgħix taħt kundizzjonijiet materjali diffiċli fil-kamp ta’ refuġjati ta’ Ein El-Hilweh tal-UNRWA fil-Libanu. F’dawn iċ-ċirkustanzi u wara li d-dar tiegħu inħarqet u ġie mhedded, huwa telaq minn dan il-kamp u ħarab mil-Libanu fejn kien hemm ċertezza li jerġa’ jinstab. |
28 |
Fl-Ungerija, il-BAH ma rrikonoxxilux l-istatus ta’ refuġjat, iżda, abbażi tal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/83, ordna projbizzjoni ta’ refoulement fil-konfront tiegħu. |
29 |
M. Abed El Karem El Kott ippreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju billi kkontesta r-rifjut li jingħatalu l-istatus ta’ refuġjat. |
Il-każ ta’ C. A. A Radi
30 |
Fir-rigward ta’ C. A. A Radi, mid-deċiżjoni ta’ rinviju jirriżulta li d-dar tiegħu, li tinsab fil-kamp ta’ Nahr el Bared tal-UNRWA, li jinsab ukoll fil-Libanu, ġie distrutt matul ix-xahar ta’ Mejju tas-sena 2007 wara ġlied bejn l-armata Lebaniża u l-Fatah iżlamiku. Peress li ma kienx hemm post biex jiġi ospitat fil-kamp ta’ Baddawi, li jinsab viċin il-kamp ta’ Nahr el Bared, M. A Radi, il-ġenituri tiegħu, kif ukoll l-aħwa tiegħu ssoġġornaw għand konnoxxenza tagħhom fi Tripoli (il-Libanu). Madankollu, suldati Libaniżi kienu jinsultawhom, jimmaltrattawhom, jarrestawhom b’mod arbitrarju, jittorturawhom u jumiljawhom. Ġaladarba, bħala Palestinjani, ma kellhomx drittijiet fil-Libanu, C. A. A Radi ħalla l-pajjiż flimkien ma’ missieru. |
31 |
Il-BAH lanqas ma rrikonoxxa l-istatus ta’ refuġjat fil-konfront tiegħu, iżda ordna digriet ta’ non-refoulement fil-konfront tiegħu. C. A. A Radi ppreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju sabiex jikkontesta dan ir-rifjut li jingħatalu l-imsemmi status. |
Il-każ ta’ H. Kamel Ismail
32 |
H. Kamel Ismail kien jgħix flimkien mal-familja tiegħu fil-kamp ta’ Ein El-Hilweh. Huwa sostna li, matul il-ġlied armat bejn il-Fatah iżlamiku u l-Jund el-Sham, estremisti riedu jagħmlu użu mill-bejt tad-dar tiegħu. Meta rrifjuta, huwa ġie mhedded b’ħajtu u ġie ssuspettat li kien “aġent tal-għadu”. Peress li ma setax jiżgura d-difiża tiegħu, huwa telaq lejn Bejrut (il-Libanu) flimkien mal-familja tiegħu. Peress li ma ħassux f’sigurtà, huwa ħarab lejn l-Ungerija. Huwa pproduċa attestazzjoni tal-Kunsill nazzjonali tal-Palestina, li kienet tiċċertifika li huwa nnifsu u l-familja tiegħu kellhom iħallu l-kamp ta’ Ein El-Hilweh għal raġunijiet ta’ sigurtà u minħabba theddid ta’ iżlamisti radikali, flimkien ma’ ritratti tad-dar tagħhom wara li din kienet ġiet ivvandalizzata. |
33 |
Il-BAH ma rrikonoxxilux l-istatus ta’ refuġjat, iżda tah, kif ukoll lill-membri tal-familja tiegħu, il-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja. |
34 |
H. Kamel Ismail ukoll ippreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut li jingħatalu l-istatus ta’ refuġjat. |
Il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
35 |
It-tliet kawżi ngħaqdu fil-kawża prinċipali mill-qorti tar-rinviju. |
36 |
Billi invokaw, quddiem il-qorti ta’ rinviju, b’mod kredibbli skont din tal-aħħar, iċ-ċirkustanzi individwali li fihom huma ġew imġiegħla jħallu ż-żona ta’ operat tal-UNRWA, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali talbu r-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Genève, li għaliha tirreferi t-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83. |
37 |
Huma jsostni li, fir-rigward tagħhom, peress li l-assistenza tal-UNRWA ntemmet fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Genève, din l-istess dispożizzjoni tagħtihom awtomatikament dritt għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat. |
38 |
Meta eżaminat it-talbiet tagħhom, il-BAH itratta lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali bħala applikanti għal ażil fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2005/85 u wettaq dan l-eżami skont il-proċedura ta’ għoti tal-istatus ta’ refuġjat li hija tistabbilixxi. Il-BAH wasal għall-konklużjoni li huma ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet sabiex jiġu kkunsidrati li għandhom il-kwalità ra’ “refuġjat” fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83. |
39 |
Filwaqt li ammetta li l-assistenza tal-UNRWA tieqaf meta din tal-aħħar, għal raġunijiet oġġettivi li jaqgħu taħt il-qasam tagħha, na tkunx f’pożizzjoni li tiżgura l-assistenza lil persuna li għandha d-dritt li tibbenefika minnha, il-BAH ma jikkunsidrax li l-fatt li tista’ ipso facto tinvoka d-Direttiva 2004/83 jimplika rikonoxximent awtomatiku tal-istatus ta’ refuġjat. Fil-fatt, il-konsegwenzi ġuridiċi li jistgħu jinsiltu mill-użu tal-kliem ipso facto jillimitaw ruħhom sabiex il-persuna kkonċernata taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ din id-direttiva u, għaldaqstant, l-użu ta’ dawn il-kliem sempliċement tiftaħ il-possibbiltà għal rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat. |
40 |
Il-qorti ta’ rinviju tosserva b’mod partikolari li, peress li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali kollha rrikorrew għall-assistenza ta’ organu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tal-imsemmija direttiva, ikun meħtieġ li jiġu ddeterminati, minn naħa, il-kundizzjonijiet li fihom din l-assistenza tista’ titqies li waqfet fis-sens tat-tieni sentenza ta’ din l-istess dispożizzjoni u, min-naħa l-oħra, in-natura u l-portata tal-garanziji li minnhom tibbenefika ipso facto l-persuna kkonċernata skont l-istess direttiva meta tintemm din l-assistenza. |
41 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Fővárosi Bíróság (Qorti ta’ Budapest) iddeċidiet li tissospendi l-kawża quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja: “Għall-finijiet tal-Artikolu 12(1)(a) tad-[Direttiva 2004/83]:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
42 |
Mill-premessi 3, 16 u 17 tad-Direttiva 2004/83 jirriżulta li l-Konvenzjoni ta’ Genève tikkostitwixxi l-bażi tas-sistema legali internazzjonali ta’ protezzjoni tar-refuġjati u li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta’ għoti tal-istatus ta’ refuġjat kif ukoll dwar il-kontenut tagħha ġew adottati biex jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri japplikaw din il-konvenzjoni billi tibbaża ruħha fuq kunċetti u kriterji komuni (sentenza tas-17 ta’ Ġunju 2010, Bolbol, C-31/09, Ġabra p. I-5539, punt 37). |
43 |
L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/83 għandha, għaldaqstant, issir fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-għan tagħha, billi jiġu osservati l-Konvenzjoni ta’ Genève u trattati oħra rilevanti msemmija fl-Artikolu 78(1) TFUE. Din l-interpretazzjoni għandha ssir ukoll, kif jirriżulta mill-premessa 10 tal-istess direttiva, billi jiġu rrispettati d-drittijiet rikonoxxuti mill-Karta (sentenza tal-5 ta’ Settembru 2012, Y u Z, C-71/11 u C-99/11, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
44 |
Fil-kawża li tat lok għas-sentenza Bolbol, iċċitata iktar ’il fuq, il-Fővárosi Bíróság kienet għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja domandi preliminari fformulati bi kliem kważi identiku għal dak li għamlet f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari. Madankollu, fl-imsemmija kawża, peress li l-parti kkonċernata ma rrikorrietx għall-assistenza tal-UNRWA qabel ma ħalliet iż-żona ta’ operat tagħha sabiex tippreżenta applikazzjoni għal ażil fl-Ungerija, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, konsegwentement, li ma kienx hemm lok li jiġu eżaminati, minn naħa, iċ-ċirkustanzi li fihom jista’ jiġi kkunsidrat li din l-assistenza “waqfet għal xi raġuni”, u lanqas, min-naħa l-oħra, in-natura tad-drittijiet mogħtija mill-imsemmija direttiva u li fir-rigward tagħhom il-persuna kkonċernata setgħet “ipso facto [tkun intitolata]” minħabba tali waqfien ta’ assistenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bolbol, iċċitata iktar ’il fuq, punti 55 u 56). |
Fuq it-tieni domanda
45 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-waqfien tal-protezzjoni jew tal-assistenza min-naħa ta’ organu jew ta’ istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti minbarra l-HCR “għal xi raġuni” jirreferi għas-sitwazzjoni ta’ persuna li tħalli ż-żona ta’ operat ta’ dan il-organu jew ta’ din l-istituzzjoni f’ċirkustanzi bħal dawk li jikkaratterizzaw it-tluq ta’ kull wieħed mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. |
46 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar qabel kollox li, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tal-imsemmija direttiva, kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat huwa eskluż mill-istatus ta’ refuġjat jekk “huwa jew hija jaqgħu fl-iskop ta’ l-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, li għandha x’taqsam mal-protezzjoni jew l-għajnuna minn organi jew aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti oħra għajr il-[HCR]”. |
47 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Genève jipprovdi li dan ma huwiex applikabbli għall-persuni li “attwalment qegħdin jirċievu” protezzjoni jew assistenza “minn korpi jew istituzzjonijiet oħra tan-Nazzjonijiet Uniti għajr il-[HCR]”. Din ir-raġuni għal esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni għandha tkun suġġetta għal interpretazzjoni restrittiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bolbol, iċċitata iktar ’il fuq, punt 51). |
48 |
Huwa paċifiku li l-UNRWA attwalment tikkostitwixxi, hekk kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 5 tal-konklużjonijiet tagħha, l-uniku organu jew istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għajr l-HCR li jissemma fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Genève (ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Bolbol, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44). |
49 |
Il-fatt li l-imsemmija dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Genève, li għaliha tirreferi l-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83, tillimita ruħha sabiex teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-persuni li “attwalment qegħdin jirċievu” protezzjoni jew assistenza min-naħa ta’ tali organu jew ta’ tali istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ma jistax jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi assenza jew tluq volontarju miż-żona ta’ operat tal-UNRWA huwa biżżejjed sabiex tintemm l-esklużjoni mill-benefiċċju tal-istatus ta’ refuġjat previst f’din id-dispożizzjoni. |
50 |
Fil-fatt, li kieku kien hekk, applikant għal ażil fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2005/85, li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri u li għaldaqstant huwa fiżikament assenti miż-żona ta’ operat ta’ l-UNRWA, ma jaqa’ qatt taħt ir-raġuni għal esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat imsemmi fl-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83, liema fatt ikollu l-konsegwenza li tali raġuni għal esklużjoni ma tkunx iżjed effettiva, hekk kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 52 u 53 tal-konklużjonijiet tagħha. |
51 |
Barra minn hekk, li kieku kellu jiġi ammess li tluq volontarju miż-żona ta’ operat tal-UNRWA u, għaldaqstant, abbandun volontarju tal-assistenza pprovduta minnha jagħtu lok għall-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83, dan imur kontra l-għan segwit mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Genève, li għandu l-intenzjoni li jeskludi minn din il-konvenzjoni dawk kollha li jibbenefikaw minn tali assistenza. |
52 |
Għalhekk, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tal-imsemmija direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li mhux biss il-persuni li attwalment jistgħu jirrikorru għall-assistenza pprovduta mill-UNRWA iżda wkoll dawk li, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, effettivament irrikorrew għal din l-assistenza ftit żmien qabel ma ġiet ippreżentata applikazzjoni għal ażil fi Stat Membru jaqgħu taħt ir-raġuni għal esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat, madankollu sa fejn din l-assistenza ma tkunx waqfet fis-sens tat-tieni sentenza tal-istess Artikolu 12(1)(a). |
53 |
L-imsemmija tieni sentenza tirreferi għal sitwazzjoni li fiha l-protezzjoni jew l-assistenza min-naħa ta’ organu jew ta’ istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għajr l-HCR “tkun waqfet għal xi raġuni”, mingħajr ma s-sitwazzjoni tal-persuni kkonċernati tkun ġiet definittivament deċiża skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
54 |
Issa, huwa paċifiku li s-sitwazzjoni tal-benefiċjarji tal-assistenza pprovduta mill-UNRWA ma ġietx definittivament deċiża s’issa, hekk kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-punti 1 u 3 tar-Riżoluzzjoni Nru 66/72 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tad-9 ta’ Diċembru 2011. |
55 |
Peress li s-sempliċi tluq mill-applikant għall-istatus ta’ refuġjat miż-żona ta’ operat tal-UNRWA, indipendentement mir-raġuni ta’ dan it-tluq, ma jistax itemm l-esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83, jeħtieġ għaldaqstant li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li taħthom l-assistenza pprovduta mill-UNRWA tista’ titqies li waqfet fis-sens tat-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni. |
56 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li ma hijiex biss it-tneħħija nnifisha mill-organu jew mill-istituzzjoni li tagħti l-protezzjoni jew l-assistenza li timplika l-waqfien mill-protezzjoni jew mill-assistenza pprovduta minn dan il-organu jew din l-istituzzjoni fis-sens tat-tieni sentenza tal-imsemmi Artikolu 12(1)(a), iżda wkoll l-impossibbiltà għal dan il-organu jew għal din l-istituzzjoni li twettaq il-missjoni tagħha. |
57 |
Fil-fatt, mill-kliem “[m]eta din il-protezzjoni jew għajnuna tkun waqfet” li jintroduċi t-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 jirriżulta li hija qabel kollox l-assistenza effettiva pprovduta mill-UNRWA u mhux l-eżistenza tagħha li għandha tieqaf sabiex ir-raġuni għall-esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat ma tapplikax iżjed. |
58 |
Għalkemm, ċertament ikkunsidrat separatament, il-kliem imsemmi iktar ’il fuq jista’ jinqara bħala li jirreferi biss għal avvenimenti li jikkonċernaw l-UNRWA direttament, bħat-tneħħija ta’ dan il-organu jew avveniment li jqiegħdu, b’mod ġenerali, f’pożizzjoni impossibbli li jwettaq il-missjoni tiegħu, madankollu l-kliem “għal xi raġuni” li jsegwi fl-imsemmija tieni sentenza jirrikjedi li din is-sentenza tiġi interpretata fis-sens li r-raġuni għalfejn l-assistenza tieqaf tista’ wkoll tirriżulta minn ċirkustanzi li, indipendenti mir-rieda tal-persuna kkonċernata, iġiegħlu lil din tal-aħħar tħalli ż-żona ta’ operat tal-UNRWA. |
59 |
Ċertament, sempliċi assenza minn din iż-żona jew id-deċiżjoni volontarja li l-persuna kkonċernata tħalliha ma tistax tiġi kkwalifikata bħala waqfien tal-assistenza. Min-naħa l-oħra, meta din id-deċiżjoni tkun immotivata minn restrizzjonijiet indipendenti mir-rieda tal-persuna kkonċernata, tali sitwazzjoni tista’ twassal għall-konstatazzjoni li l-assistenza li minnha din il-persuna kienet tibbenefika waqfet fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83. |
60 |
Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għan tal-imsemmi Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva, li għandu b’mod partikolari l-intenzjoni li jiżgura l-kontinwità tal-protezzjoni tar-refuġjati Palestinjani permezz ta’ protezzjoni jew ta’ assistenza effettiva u mhux biss billi jiggarantixxi l-eżistenza ta’ organu jew ta’ istituzzjoni inkarigata milli tipprovdi din l-assistenza jew protezzjoni, bħal ma jirriżulta wkoll meta jinqraw flimkien il-punt 20 tar-Riżoluzzjoni Nru 302 (IV) u l-punt 6 tar-Riżoluzzjoni Nru 2252 (ES-V) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
61 |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-għajnuna jew il-protezzjoni effettivament waqfu fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva 2004/83, huma l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali kompetenti li għandhom jivverifikaw jekk it-tluq tal-persuna kkonċernata huwiex iġġustifikat għal raġunijiet li jaħarbu mill-kontroll tagħha u li huma indipendenti mir-rieda tagħha li jġiegħluha tħalli din iż-żona, fejn b’hekk ma tkunx tista’ tibbenefika mill-assistenza mogħtija mill-UNRWA. |
62 |
Fir-rigward tal-eżami, f’każ partikolari, taċ-ċirkustanzi li taw lok għat-tluq miż-żona ta’ operat tal-UNRWA, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-għan tal-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Genève, li għaliha jirreferi l-Artikolu 12(1)(a) tal-imsemmija direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata l-kontinwità tal-protezzjoni tar-refuġjati Palestinjani, bħala tali, sakemm is-sitwazzjoni tagħhom tkun ġiet definittivament deċiża skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
63 |
Fid-dawl ta’ dan l-għan, refuġjat Palestinjan għandu jiġi kkunsidrat bħala mġiegħel li jħalli ż-żona ta’ operat tal-UNRWA meta jinsab fi stat personali ta’ nuqqas serju ta’ sigurtà u jkun impossibbli għal dan l-organu jiżguralu, f’din iż-żona, kundizzjonijiet ta’ ħajja konformi għall-missjoni li biha huwa inkarigat dan tal-aħħar. |
64 |
F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għal ażil ġiet ippreżentata jipprovaw jiddeterminaw jekk, għal raġunijiet indipendenti mill-kontroll u mir-rieda tagħha, persuna kellhiex, effettivament, iżjed il-possibbiltà li tibbenefika mill-assistenza li ngħatat lilha qabel ma din tħalli ż-żona ta’ operat tal-UNRWA, dawn l-awtoritajiet għandhom jipproċedu sabiex iwettqu evalwazzjoni individwali tal-elementi rilevanti kollha li fil-kuntest tagħha jista’ japplika b’analoġija l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2004/83. |
65 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li t-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-waqfien mill-protezzjoni jew mill-assistenza min-naħa ta’ organu jew ta’ istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti minbarra l-HCR “għal xi raġuni” jinkludi wkoll is-sitwazzjoni ta’ persuna li, wara li tkun irrikorriet effettivament għal din il-protezzjoni jew għal din l-assistenza, ma tkomplix tibbenefika minnha għal raġuni indipendenti mill-kontroll u mir-rieda tagħha. Huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal ażil ippreżentata minn tali persuna li għandhom jivverifikaw, abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-applikazzjoni, li din il-persuna ġiet imġiegħla tħalli ż-żona ta’ operat ta’ dan l-organu jew ta’ din l-istituzzjoni, liema sitwazzjoni hija l-każ meta hija tkun tinsab fi stat personali ta’ nuqqas serju ta’ sigurtà u dan l-organu jew istituzzjoni kkonċernat kien jinsab f’sitwazzjoni ta’ impossibbiltà li jiżguralu, f’din iż-żona, kundizzjonijiet ta’ ħajja li huma konformi mal-missjoni li għandu dan l-organu jew din l-istituzzjoni. |
Fuq l-ewwel domanda
66 |
Preliminarjament, fir-rigward tal-ewwel domanda, għandu jiġi enfasizzat li d-Direttiva 2004/83, bil-kontra tal-Konvenzjoni ta’ Genève li tirregola biss l-istatus ta’ refuġjat, tirregola żewġ sistemi distinti ta’ protezzjoni, jiġifieri, minn naħa, l-istatus ta’ refuġjat, u min-naħa l-oħra, l-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja, peress li l-Artikolu 2(e) ta’ din id-direttiva jipprovdi li l-persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja hija dik “li ma tikkwalifikax bħala refuġjat”. |
67 |
Għalhekk, sabiex wieħed jifhem korrettement din id-differenza relatata mal-protezzjoni mogħtija rispettivament mill-Konvenzjoni ta’ Genève u mid-Direttiva 2004/83, il-kliem “intitolati għal[…] din id-Direttiva” li jinsab fit-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) għandhu jinftiehem bħala riferiment għas-sempliċi status ta’ refuġjat, fejn din id-dispożizzjoni hija ispirata mill-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Genève, li fid-dawl tagħha għandha tiġi interpretata din id-direttiva. |
68 |
Barra minn hekk, meta jirreferi biss għall-istatus ta’ refuġjat, l-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 ma jeskludi lil ebda persuna mill-protezzjoni sussidjarja fis-sens tal-Artikolu 2(e) ta’ din id-direttiva u l-Artikolu 17 tagħha, li jipprovdi r-raġunijiet għal esklużjoni mill-protezzjoni sussidjarja, assolutament ma tirreferix għall-benefiċċju mill-protezzjoni jew mill-assistenza ta’ organu bħall-UNRWA. |
69 |
Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet preliminari, għandu jiġi kkunsidrat li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li tkun “intitolat[a] għall-benefiċċji ta’ din id-Direttiva” jfisser li l-persuna kkonċernata għandha dritt li l-istatus ta’ refuġjat jiġi rrikonoxxut lilha b’mod awtomatiku jew biss li hija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ din id-direttiva. |
70 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi speċifikat li, minn naħa, l-imsemmija tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tipprovdi li, ġaladarba jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni pprovduti fiha, il-persuni kkonċernati “għandhom ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din id-Direttiva [pourront ipso facto se prévaloir de [cette] directive (verżjoni – FR)]” u li, min-naħa l-oħra, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Genève jipprovdi li, fl-istess każ inkwistjoni, l-imsemmija persuni, “għandhom ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din il-Konvenzjoni [bénéficieront de plein droit du régime de cette convention (verżjoni – FR)] u, fit-tieni verżjoni lingwistika uffiċjali “shall ipso facto be entitled to the benefits of this Convention”. |
71 |
Il-kliem “għandhom ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din id-Direttiva” għandu jiġi interpretati b’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 D tal-Konvenzjoni ta’ Genève, jiġifieri li jippermetti lill-persuni kkonċernati jibbenefikaw “ipso jure” mis-sistema ta’ din il-Konvenzjoni u mill-“vantaġġi” mogħtija minnha. |
72 |
Għalhekk, id-dritt li jirriżulta mill-fatt li l-assistenza tal-UNRWA tieqaf u li r-raġuni ta’ esklużjoni ttemm ma jistax jillimita ruħu għas-sempliċi possibbiltà, għall-persuna kkonċernata, li titlob l-istatus ta’ refuġjat abbażi tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83, peress li din il-possibbiltà hija diġà miftuħa għal kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li tinsab fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri. |
73 |
Fil-fatt, il-preċiżazzjoni li tinsab fi tmiem it-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) ta’ din id-direttiva, li skontha l-persuni kkonċernati jistgħu “ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din id-Direttiva”, hija superfluwa u ma tkunx effettiva li kieku kellha biss il-portata li tfakkar li l-persuni li ma humiex iżjed esklużi mill-istatus ta’ refuġjat minħabba l-ewwel sentenza tal-imsemmi Artikolu 12(1)(a) jistgħu jinvokaw dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva sabiex l-applikazzjoni tagħhom għall-istatus ta’ refuġjat tiġi eżaminata skont l-imsemmi Artikolu 2(ċ). |
74 |
Barra minn hekk, mill-kliem sħiħ tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 jirriżulta li, ġaladarba s-sitwazzjoni tal-persuni li jaqgħu taħtha tkun ġiet definittivament deċiża, jista’ jiġi rrikonoxxut l-istatus ta’ refuġjat lil dawn tal-aħħar jekk, għal raġuni kwalunkwe, huma jiġu ppersegwitati fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, jekk, bħal ma huwa l-każ fil-kawżi prinċipali, is-sitwazzjoni tal-persuni kkonċernati ma tkunx ġiet deċiża, meta l-assistenza lil dawn tal-aħħar tkun waqfet minħabba raġuni indipendenti mir-rieda tagħhom, il-fatt li jistgħu, f’din is-sitwazzjoni speċifika “ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din id-Direttiva” neċessarjament għandu portata iktar wiesgħa minn dik li tirriżulta mis-sempliċi fatt li ma ġewx esklużi mill-possibbiltà li jiġi rikonoxxut lilhom l-istatus ta’ refuġjat jew jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-istess Artikolu 2(ċ). |
75 |
F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi ppreċiżat li l-fatt li wieħed jista’ ipso facto jinvoka l-imsemmija direttiva fis-sens tal-Artikolu 12(1)(a) tagħha ma jimplikax, bħal ma jsostnu ġustament il-Gvern Ungeriż u l-Gvern Ġermaniż, dritt mingħajr kundizzjonijiet li jiġi rikonoxxut lilhom l-istatus ta’ refuġjat. |
76 |
Għalhekk, ċertament, il-persuna li għandha dritt tinvoka ipso facto d-Direttiva 2004/83 ma għandhiex neċessarjament turi li hija għandha l-biża’ li tiġi ppersegwitata fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tagħha, iżda hija għandha madankollu tippreżenta, hekk kif għamlu wara kollox ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, applikazzjoni intiża sabiex jinkiseb l-istatus ta’ refuġjat li għandu jiġi eżaminat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli. Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, dawn tal-aħħar għandhom jivverifikaw mhux biss li l-applikant effettivament talab l-assistenza tal-UNRWA (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Bolbol, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52) u li din l-assistenza waqfet, iżda wkoll li dan l-applikant ma jaqax taħt raġuni jew oħra ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) jew (2) jew (3) tal-istess direttiva. |
77 |
Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll li l-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2004/83 moqri flimkien mal-Artikolu 14(1) tagħha għandu jiġi interpretat fis-sens li l-parti kkonċernata ma tibqax tkun refuġjata jekk tkun f’pożizzjoni li tmur lura fiż-żona ta’ operat tal-UNRWA, li fiha hija kellha r-residenza abitwali tagħha, fejn iċ-ċirkustanzi li minħabba fihom l-istatus ta’ refuġjat ġie rrikonoxxut lilha waqfu milli jeżistu (ara f’dan ir-rigward, b’analoġija, is-sentenza tat-2 ta’ Marzu 2010 Salahadin Abdulla et, C-175/08, C-176/08, C-178/08 u C-179/08, Ġabra p. I-1493, punt 76). |
78 |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi speċifikat li l-interpretazzjoni tal-kliem “għandhom ipso facto jiġu ntitolati għal[…] din id-Direttiva” li tirriżulta fil-punti 70 sa 76 ta’ din is-sentenza ma tagħtix lok, bil-kontra ta’ dak li jsostnu numru ta’ gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża, għal diskriminazzjoni pprojbita mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Karta. |
79 |
Ġaladarba l-applikanti għal ażil għandhom jibżgħu bir-raġun milli jiġu ppersegwitati sabiex tiġi rrikonoxxuta lilhom il-kwalità ta’ “refuġjati” fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83, huma jinsabu f’sitwazzjoni differenti minn dik ta’ persuni li, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, kienu jirċievu assistenza mill-UNRWA qabel ma ħallew iż-żona ta’ operat tagħha u ppreżentaw applikazzjoni għal ażil fi Stat Membru, fejn il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jirrikjedix li jiġu ttrattati bl-istess mod bħal dawk li kellhom rikors għall-imsemmija assistenza, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. |
80 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, fir-rigward tas-sitwazzjoni partikolari li tikkaratterizza r-refuġjati mill-Palestina, l-Istati firmatarji tal-Konvenzjoni ta’ Genève iddeċidew deliberatament, fl-1951, li jagħtuhom it-trattament speċifiku li jipprovdi l-Artikolu 1 D ta’ din il-konvenzjoni, li għaliha jirreferi l-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83. |
81 |
Fir-rigward ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li t-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal ażil stabbilixxew li l-kundizzjoni relatata mal-waqfien tal-protezzjoni jew tal-assistenza tal-UNRWA hija sodisfatta fir-rigward tal-applikant, fejn il-fatt li jista’ ipso facto“jiġ[i] ntitolat[…] għall-benefiċċji ta’ din id-Direttiva” jimplika r-rikonoxximent, minn dan l-Istat Membru, tal-kwalità ta’ refuġjat fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva u l-għoti ipso jure tal-istatus ta’ refuġjat lil dan l-applikant, madankollu sa fejn dan tal-aħħar ma jaqax taħt l-Artikolu 12(1)(b) jew (2) jew (3). |
Fuq l-ispejjeż
82 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.