EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0327

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tas-6 ta' Settembru 2012.
United States Polo Association vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta' konfużjoni - Sinjal verbali 'U.S. POLO ASSN.' - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali preċedenti POLO-POLO.
Kawża C-327/11 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:550





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — United States Polo Association vs UASI

(Kawża C-327/11 P)

“Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Sinjal verbali ‘U.S. POLO ASSN.’ — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali preċedenti POLO-POLO”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 44-46)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 57)

3.                     Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 62)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tat-13 ta’ April 2011, United States Polo Association vs UASI (T-228/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “U.S. POLO ASSN.” għal prodotti fil-klassijiet 9, 20, 21, 24 u 27, kontra d-deċiżjoni R 886/2008-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-20 ta’ Marzu 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji u nazzjonali “POLO-POLO”, għal prodotti fil-klassijiet 24, 35 u 39 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

United States Polo Association hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top