EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0164

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija u tal-elettriku — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst.
Kawża C‑164/11.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:665





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni vs Franza

(Kawża C-164/11)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija u tal-elettriku — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 41, 45)

2.                     Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija u tal-elettriku — Direttiva 2003/96 — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Obbligu ta’ riżultat — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2003/96, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(10)) (ara l-punt 47 u d-dispożittiv)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jadatta s-sistema tiegħu ta’ tassazzjoni tal-elettriku mad-dispożizzjonijiet previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) — Applikazzjoni ta’ rata waħda fl-iskadenza tal-perijodu tranżitorju.

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tadatta s-sistema tagħha ta’ tassazzjoni tal-elettriku mad-dispożizzjonijiet previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, minkejja l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(10) tagħha, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top