EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0157

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 taʼ Marzu 2012.
Giuseppe Sibilio vs Comune di Afragola.
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Napoli — Interpretazzjoni tal-klawżoli 2, 3, 4 u 5 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Persuni qiegħda li jirreġistraw għax-xogħol, impjegati mal-amministrazzjonijiet pubbliċi, għal żmien determinat u għal xogħlijiet soċjalment utli/xogħlijiet ta’ utilità pubblika (imsejħa ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi trattament differenti fir-rigward tal-ħlas bejn il-ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika u l-ħaddiema impjegati għal żmien indeterminat mal-istess amministrazzjonijiet pubbliċi għall-istess attivitajiet.
Politika soċjali — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż bejn ETUC, UNICE u CEEP — Direttiva 1999/70/KE — Klawżola 2 — Kunċett ta’ ‘kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefinita mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiki fis-seħħ f’kull Stat Membru’ — Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas — Punt 1 tal-Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Persuni li jwettqu ‘xogħlijiet soċjalment utli’ mal-amministrazzjonijiet pubbliċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza bejn il-benefiċċju mħallas lill-ħaddiema soċjalment utli u r-remunerazzjoni mogħtija lill-ħaddiema għal żmien determinat u/jew indeterminat impjegati mill-istess amministrazzjonijiet u li jwettqu l-istess attivitajiet.
Kawża C-157/11.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:148





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 taʼ Marzu 2012 — Sibilio vs Comune di Afragola

(Kawża C-157/11)

“Politika soċjali — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż bejn ETUC, UNICE u CEEP — Direttiva 1999/70/KE — Klawżola 2 — Kunċett ta’ ‘kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefinita mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiki fis-seħħ f’kull Stat Membru’ — Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas — Punt 1 tal-Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Persuni li jwettqu ‘xogħlijiet soċjalment utli’ mal-amministrazzjonijiet pubbliċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza bejn il-benefiċċju mħallas lill-ħaddiema soċjalment utli u r-remunerazzjoni mogħtija lill-ħaddiema għal żmien determinat u/jew indeterminat impjegati mill-istess amministrazzjonijiet u li jwettqu l-istess attivitajiet”

1.                     Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi ġenerali jew ipotetiċi (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 30, 31)

2.                     Politika soċjali — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż bejn ETUC, UNICE u CEEP — Direttiva 1999/70 — Kamp taʼ applikazzjoni — Kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefiniti mil-leġiżlazzjoni jew mill-prassi nazzjonali (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżola 2) (ara l-punti 45, 49-58 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Napoli — Interpretazzjoni tal-klawżoli 2, 3, 4 u 5 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Persuni qiegħda li jirreġistraw għax-xogħol, impjegati mal-amministrazzjonijiet pubbliċi, għal żmien determinat u għal xogħlijiet soċjalment utli/xogħlijiet ta’ utilità pubblika (imsejħa ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi trattament differenti fir-rigward tal-ħlas bejn il-ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika u l-ħaddiema impjegati għal żmien indeterminat mal-istess amministrazzjonijiet pubbliċi għall-istess attivitajiet.

Dispożittiv

Il-Klawżola 2 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi li r-relazzjoni stabbilita bejn il-ħaddiema soċjalment utli u l-amministrazzjonijiet pubbliċi li għalihom dawn jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom, ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas, meta, liema ħaġa għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju, dawn il-ħaddiema ma jkunux jibbenefikaw minn relazzjoni ta’ xogħol kif iddefinita mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prassi nazzjonali fis-seħħ, jew meta l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali jkunu eżerċitaw il-fakultà rrikonoxxuta lilhom fil-punt 2 tal-imsemmija klawżola.

Top