EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0106

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012.
M. J. Bakker vs Minister van Financiën.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden.
Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni applikabbli — Ħaddiem ta’ nazzjonalità Olandiża li jaħdem abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li timpjega stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi — Residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Affiljazzjoni fl-iskema Olandiża tas-sigurtà soċjali.
Kawża C‑106/11.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:328

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)

7 ta’ Ġunju 2012 ( *1 )

“Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni applikabbli — Ħaddiem ta’ nazzjonalità Olandiża li jaħdem abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li timpjega stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi — Residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Affiljazzjoni fl-iskema Olandiża tas-sigurtà soċjali”

Fil-Kawża C-106/11,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Frar 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-3 ta’ Marzu 2011, fil-proċedura

M. J. Bakker

vs

Minister van Financiën,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),

komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, K. Schiemann (Relatur) u L. Bay Larsen, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,

Reġistratur: M.-A. Gaudissart, kap tad-dipartiment,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-1 ta’ Marzu 2012,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

għal M. J. Bakker, minn M. H. Menger u V. J. de Groot, belastingadviseurs,

għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u C. Schillemans, bħala aġenti,

għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Kreuschitz u M. van Beek, bħala aġenti,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru° 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999, tat-8 ta’ Frar 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 335, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1408/71”).

2

Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn M. J. Bakker u Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi) dwar l-affiljazzjoni obbligatorja tiegħu fl-assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi għas-sena 2004.

Il-kuntest ġuridiku

Id-dritt tal-Unjoni

3

Skont l-Artikolu 1(a)(i) tar-Regolament Nru 1408/71, il-kliem “persuna impjegata” jfissru kull persuna li “hija assigurata, mingħajr għażla jew fuq bażi volontarja kontinwa, għal kontinġenza waħda jew aktar koperti minn fergħat ta’ skema tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom jew bi skema speċjali għal persuni fis-servizz ċivili”.

4

Skont l-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament:

“Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u għall-istudenti li huma jew kienu soġġetti għal-liġijiet ta’ Stat Membru jew aktar u li huma persuni ta’ nazzjonalità ta’ wieħed mill-Istati Membri [...]”

5

L-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament, li jaqa’ taħt it-Titolu II tiegħu, intitolat “Determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli”, jipprovdi li:

“1.   Bla ħsara għall-Artikoli 14ċ u 14f, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

2.   Suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17:

[...]

(ċ)

persuna impjegata abbord vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat;

[...]”

Id-dritt Olandiż

6

L-Artikolu 6 tal-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-irtirar (Algemene Ouderdomswet, Stb. 1956, Nru°281) jgħid:

“1.   Huma assigurati, skont dawn id-dispożizzjonijiet,

a)

ir-residenti kif ukoll,

b)

il-persuni mhux residenti li huma suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul għal attivitajiet professjonali bi ħlas eżerċitati fil-Pajjiżi l-Baxxi

li ma laħqux il-65 sena.

[...]”

Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

7

Matul l-2004, M. J. Bakker, ta’ nazzjonalità Olandiża, kien residenti fi Spanja u kien jaħdem bħala impjegat fuq bastimenti tat-tħammil li jtajru l-bandiera Olandiża, għal kumpannija stabbilita f’Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi). Huwa kien iwettaq l-attivitajiet tiegħu prinċipalment fl-ibħra territorjali Ċiniżi u tal-Emirati Għarab Magħquda. Il-bastimenti tat-tħammil kienu rreġistrati fir-reġistru Olandiż tal-bastimenti tal-baħar.

8

It-tassazzjoni nnotifikata lil M. J. Bakker għas-sena 2004 taħt it-taxxa tad-dħul u tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni soċjali fil-Pajjiżi l-Baxxi ġiet ikkontestata mill-persuna kkonċernata. Billi r-rikors imressaq minn din il-persuna kontra din it-tassazzjoni ġie miċħud mir-Rechtbank te Breda, M. J. Bakker ressaq kawża quddiem il-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch li kkonfermat id-deċiżjoni tal-ewwel istanza.

9

Il-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch qieset li, għas-sena 2004, M. J. Bakker seta’ jiġi kkunsidrat bħala affiljat mal-assigurazzjoni soċjali Olandiża minkejja l-fatt li l-attivitajiet tiegħu twettqu barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Din il-qorti bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq il-fatt li l-leġiżlazzjoni Olandiża dwar is-sigurtà soċjali saret applikabbli għall-persuna kkonċernata bir-Regolament Nru 1408/71 u, b’mod iktar partikolari, bit-Titolu II tiegħu. Din il-qorti kkunsidrat b’mod partikolari li M. J. Bakker kien iwettaq l-attivitajiet tiegħu fuq bastimenti tal-baħar li jtajru l-bandiera Olandiża, jiġifieri dik ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 13(2)(ċ) tal-imsemmi regolament. Il-fatt li dawn il-bastimenti kienu ankrati matul l-attivitajiet ta’ tħammil fl-ibħra barra mill-Unjoni ma huwiex determinanti, skont il-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch, billi din id-dispożizzjoni ma tistabbilixxi l-ebda restrizzjoni skont it-tip ta’ vapur jew skont il-lokalità tal-attivitajiet.

10

B’appell ippreżentat fil-kassazzjoni, il-Hoge Raad der Nederlanden tikkunsidra madankollu li hemm dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71 f’dan il-każ.

11

Hija tqis li l-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch kellha raġun tikkonstata li, skont il-liġi Olandiża waħedha, il-persuna kkonċernata ma kinitx suġġetta b’mod obbligatorju għall-assigurazzjoni soċjali fir-rigward tas-sena 2004 peress li, f’dik is-sena, hija ma għexietx fil-Pajjiżi l-Baxxi u lanqas ma kienet impjegata hemmhekk. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji fuq il-preżunzjoni, li fuqha bbażat ruħha l-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch, li, għas-sena 2004, il-persuna kkonċernata kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni personali tar-Regolament Nru 1408/71, li għas-sitwazzjoni tagħha jippermetti l-applikazzjoni tat-Titolu II tal-imsemmi regolament.

12

F’dan id-dawl, il-qorti tar-rinviju tinnota li d-definizzjoni ta’ ħaddiem li tidher fl-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 1408/71 tirrikjedi li l-persuna kkonċernata tkun assigurata, mingħajr għażla jew fuq bażi volontarja, għal kontinġenza waħda jew aktar imsemmija f’din id-dispożizzjoni. Għalhekk, hija tistaqsi jekk huwiex possibbli li persuna fis-sitwazzjoni ta’ M. J. Bakker li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali waħedha, ma hijiex assigurata b’mod obbligatorju minħabba li ma tirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi, tista’ madankollu tikkwalifika bħala ħaddiem fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71, minħabba l-fatt li r-regoli li jiddeterminaw il-leġiżlazzjoni applikabbli, li jidhru fit-Titolu II ta’ dan ir-regolament, jaħtru bħala applikabbli l-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru.

13

Il-Hoge Raad der Nederlanden tqis li, sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71, din il-mistoqsija għandha tingħata risposta pożittiva.

14

Il-qorti tar-rinviju tistaqsi madankollu jekk il-fatt li l-persuna kkonċernata wettqet l-attivitajiet tagħha barra mit-territorju previst fl-Artikolu 299 KE jipprekludix l-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament Nru°1408/71. Hija tinvoka l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li r-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema japplikaw ukoll għall-attivitajiet imwettqa barra mit-territorju tal-Unjoni meta r-relazzjonijiet ta’ xogħol iżommu rabta qrib biżżejjed ma’ dan it-territorju (sentenza tad-29 ta’ Ġunju 1994, Aldewereld, C-60/93, Ġabra p. I-2991, punt 14). Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra wkoll rilevanti s-sentenza tas-27 ta’ Settembru 1989, Lopes da Veiga (9/88, Ġabra p. 2989, punt 17), li wkoll kienet tikkonċerna s-sitwazzjoni ta’ baħri, u fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kien hemm lok li jiġi eżaminat jekk ir-relazzjoni ta’ xogħol tal-persuna kkonċernata kellhiex rabta suffiċjentement mill-qrib mat-territorju Olandiż.

15

Il-qorti tar-rinviju tinnota li, matul is-sena 2004, fil-qafas tal-politika segwita mil-Landelijk Instituut sociale verzekeringen (Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjonijiet Soċjali) fil-qasam tas-sigurtà soċjali tal-persuni impjegati, it-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71 sar applikabbli għall-baħrin li jkollhom nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-Unjoni jew taż-Żona Ekonomika Ewropea residenti f’wieħed minn dawn l-Istati u li jwettqu attivitajiet ta’ impjegati fuq bastiment li ma jtajjarx il-bandiera ta’ Stat Membru, sempliċement minħabba li l-persuna li timpjega kien stabbilit fil-Pajjiżi l-Baxxi.

16

Din il-politika għandha l-effett li l-fond ta’ assigurazzjoni tal-persuni impjegati jqis li l-ħaddiema, bħal M. J. Bakker, huma assigurati b’mod obbligatorju filwaqt li, taħt il-liġi Olandiża, huma ma jappartjenux għal tali klassi ta’ assigurati. Il-qorti tar-rinviju tinnota li din l-istess politika ma tipprovdix, madankollu, il-bażi legali għall-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjonijiet għall-persuni impjegati.

17

Skont il-qorti tar-rinviju, il-fatt li l-persuna kkonċernata tiġi ttrattata fil-prattika, mill-fond ta’ assigurazzjoni tal-persuni impjegati, bħala persuna taxxabbli, mill-inqas għal parti mill-assigurazzjonijiet soċjali fil-Pajjiżi l-Baxxi, u għaldaqstant tibbenefika b’mod effettiv minn kopertura soċjali għal dawn l-assigurazzjonijiet, hija ċirkustanza li ssaħħaħ ir-rabta mal-Pajjiżi l-Baxxi. Jekk, min-naħa l-oħra, ma kienx possibbli li l-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ Stat Membru tiġi kkunsidrata biex tiġi evalwata l-miżura tar-rabta mat-territorju tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din l-affiljazzjoni kinitx tkun kundizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 għal attivitajiet barra t-territorju tal-Unjoni. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenzi tat-23 ta’ Ottubru 1986, van Roosmalen, 300/84, Ġabra p. 3097, kif ukoll Lopes da Veiga u Alderwereld, iċċitati iktar ’il fuq), ma tipprovdix ċertezza dwar dan il-punt.

18

Il-Hoge Raad der Nederlanden għandha għalhekk tikkunsidra l-kwistjoni dwar jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, teżistix rabta biżżejjed mat-territorju tal-Unjoni. Jekk it-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71 japplika fil-kawża mressqa quddiemha, il-qorti tar-rinviju tippreżumi li l-persuna kkonċernata se tkun suġġetta għal-liġi Olandiża, skont l-Artikolu 13(2)(ċ) tal-imsemmi regolament.

19

Huwa f’dan il-kuntest li l-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:

“1)

Ir-regoli ta’ indikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament [...] Nru 1408/71 huma applikabbli u b’hekk jindikaw il-leġiżlazzjoni Olandiża, b’konsegwenza ta’ liema jistgħu jiġu miġbura kontribuzzjonijiet abbażi tal-assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi, f’każ bħal dan inkwisjoni, fejn ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jirrisjedi fi Spanja jaħdem bħala baħri għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi billi jwettaq l-attivitajiet tiegħu fuq bastimenti tat-tħammil li jtajjru l-bandiera Olandiża barra t-territorju tal-[Unjoni] filwaqt li, fid-dawl tal-unika leġiżlazzjoni interna Olandiża, huwa ma huwiex affiljat fis-sistema ta’ sigurtà soċjali Olandiża minħabba l-fatt li huwa ma jirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi?

2)

X’effett għandha, f’dan ir-rigward, politika mwettqa fl-implementazzjoni ta’ assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi li teżiġi li l-Fond ta’ assigurazzjoni soċjali jinvoka d-dritt Komunitarju sabiex jassimila l-baħrin ma’ persuni assigurati f’każ bħal dan inkwistjoni?”

Fuq id-domandi preliminari

Fuq l-ewwel domanda

20

Bl-ewwel domanda tagħha l-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li miżura leġiżlattiva ta’ Stat Membru teskludi mill-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li għandha n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru, iżda ma tirrisjedix fih, u li hija impjegata fuq bastiment tat-tħammil li jtajjar il-bandiera tal-istess Stat Membru u jwettaq l-attivitajiet tiegħu barra t-territorju tal-Unjoni.

21

Filwaqt li l-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni Ewropea jikkunsidraw li din id-domanda għandha tingħata tweġiba pożittiva, M. J. Bakker huwa ta’ fehma opposta.

22

F’dan id-dawl, hemm lok li jitfakkar li l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi speċifikament li persuna impjegata abbord vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat.

23

Għaldaqstant, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, persuna fis-sitwazzjoni ta’ M. J. Bakker huwa, fil-prinċipju, suġġett għal-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fir-rigward tal-attività professjonali li dik il-persuna teżerċita abbord bastiment li jtajjar il-bandiera Olandiża.

24

Madankollu, M. J. Bakker ressaq żewġ argumenti sabiex jikkontesta l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għas-sitwazzjoni tiegħu.

25

Fl-ewwel lok, huwa argumenta, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li l-bastimenti tat-tħammil li fuqhom kien jeżerċita l-attività professjonali tiegħu ma kinux koperti mill-kunċett ta’ “vapur” li jidher fl-imsemmi Artikolu 13(2)(ċ).

26

Dan l-argument ma jistax jintlaqa’ sa fejn ebda kundizzjoni marbuta mat-tip ta’ “vapur” intiż ma hija prevista f’din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, mill-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li dawn il-bastimenti tat-tħammil kellhom ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u kienu rreġistrati fir-reġistru Olandiż tal-bastimenti tal-baħar.

27

Fit-tieni lok, matul is-seduta, M. J. Bakker avvanza l-argument li l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 ma japplikax għas-sitwazzjoni tiegħu fid-dawl tal-fatt li l-bastimenti tat-tħammil inkwistjoni kienu wettqu l-attivitajiet tagħhom prinċipalment fl-ibħra territorjali Ċiniżi u tal-Emirati Għarab Magħquda. Issa, skont l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, iffirmata f’Montego Bay (il-Ġamajka) fl-10 ta’ Diċembru 1982, li daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 1994, li ġiet irrattifikata mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fit-28 ta’ Ġunju 1996 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE, tat-23 ta’ Marzu 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 3, p. 260), is-sovranità tal-Istat kostali testendi, minbarra l-art territorjali tiegħu u l-ilmijiet interni tiegħu, lejn medda tal-baħar tal-biswit, deskritta bħala l-baħar territorjali. Għalhekk, skont M. J. Bakker, l-attivitajiet professjonali mwettqa fuq il-bastimenti tat-tħammil inkwistjoni jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati kostali, u mhux dik tal-Istat Membru tal-bandiera, jiġifieri r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

28

Għandu jiġi nnotat f’dan ir-rigward, li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-sempliċi fatt li l-attivitajiet ta’ ħaddiem huma eżerċitati barra mit-territorju tal-Unjoni ma huwiex biżżejjed biex jipprevjeni l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, peress li r-relazzjoni ta’ xogħol iżżomm rabta mill-qrib biżżejjed mat-territorju tal-Unjoni. F’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, tali rabta tinsab fil-fatt, ikkonfermat mill-qorti tar-rinviju, li M. J. Bakker jeżerċita attività professjonali fuq bastiment irreġistrat fil-Pajjiżi l-Baxxi, fis-servizz ta’ kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Lopes da Veiga, punt 17, u Alderwereld, punt 14).

29

Barra minn hekk, la l-osservanza tas-sovranità tal-Istat kostali u lanqas il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ma jeħtieġu li ħaddiem fis-sitwazzjoni ta’ M. J. Bakker jiċċaħħad mill-benefiċċju tal-kopertura soċjali prevista, skont ir-Regolament Nru 1408/71, mill-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu, meta dan il-bastiment jinsab fi ħdan l-ilmijiet territorjali ta’ Stat li ma jkunx dak l-Istat Membru.

30

Għalhekk, it-tieni argument imressaq minn M. J. Bakker ma jistax jintlaqa’.

31

Min-naħa tagħha, il-qorti tar-rinviju tiddubita mill-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 peress li M. J. Bakker ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ dan ir-regolament minħabba l-fatt li ma huwiex suġġett b’mod obbligatorju għall-assigurazzjonijiet soċjali ġenerali fil-Pajjiżi l-Baxxi, peress li ma jirrisjedix hemm.

32

F’dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għandu l-għan waħdieni li jiddetermina liema leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika għall-persuni li jeżerċitaw impjieg abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru. Bħala tali, din id-dispożizzjoni ma għandhiex l-għan li tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-eżistenza tad-dritt jew tal-obbligu ta’ affiljazzjoni fi skema tas-sigurtà soċjali jew fi kwalunkwe fergħa partikolari ta’ skema tal-istess tip. Huwa l-kompitu tal-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li tiddetermina dawn il-kundizzjonijiet (ara s-sentenza tas-17 ta’ Jannar 2012, Salemink, C-347/10, punt 38).

33

Madankollu, għalkemm l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom sabiex jorganizzaw il-kundizzjonijiet għall-affiljazzjoni fis-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali huma għandhom, minkejja dan, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, dawn il-kundizzjonijiet ma jistgħux jirriżultaw fl-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, tal-persuni li, skont ir-Regolament Nru 1408/71, din l-istess leġiżlazzjoni tapplika għalihom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-3 ta’ Mejju 1990, Kits van Heijningen, C-2/89, Ġabra p. I-1755, punt 20, kif ukoll Salemink, iċċitata iktar ’il fuq, punti 39 u 40).

34

L-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi espressament li l-persuna li teżerċita l-attività professjonali tagħha abbord bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat. Din id-dispożizzjoni ma tkunx osservata jekk il-kundizzjoni ta’ residenza imposta mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, sabiex wieħed jiġi aċċettat fl-iskema tal-assigurazzjoni li hija tipprovdi, kienet infurzabbli għall-persuni previsti fl-imsemmi Artikolu 13(2)(ċ) (ara f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Kits van Heijningen, punt 21, u Salemink, punt 41).

35

Konsegwentement, l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għandu l-effett li jirrendi ineffettiva kontra l-persuni koperti minn din id-dispożizzjoni, klawżola fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli li, permezz tagħha, l-ammissjoni għall-iskema tas-sigurtà soċjali prevista minn dik il-leġiżlazzjoni hija suġġetta għall-kundizzjoni ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kits van Heijningen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22).

36

Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li dan l-approċċ ġie implementat de facto fil-politika tal-Landelijk Instituut sociale verzekeringen li tittratta lill-persuni fil-pożizzjoni ta’ M. J. Bakker bħal persuni taxxabbli.

37

Fid-dawl ta’ dan kollu, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li miżura leġiżlattiva ta’ Stat Membru teskludi mill-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li għandha n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru, iżda ma tirrisjedix fih, u li hija impjegata fuq bastiment tat-tħammil li jtajjar il-bandiera tal-istess Stat Membru u jwettaq l-attivitajiet tiegħu barra t-territorju tal-Unjoni.

Fuq it-tieni domanda

38

Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma huwiex neċessarju li tingħata risposta għat-tieni domanda.

Fuq l-ispejjeż

39

Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

 

Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

L-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impiegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999, tat-8 ta’ Frar 1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li miżura leġiżlattiva ta’ Stat Membru teskludi mill-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li għandha n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru, iżda ma tirrisjedix fih, u li hija impjegata fuq bastiment tat-tħammil li jtajjar il-bandiera tal-istess Stat Membru u jwettaq l-attivitajiet tiegħu barra t-territorju tal-Unjoni.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.

Top

Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawża C-106/11,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Frar 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-3 ta’ Marzu 2011, fil-proċedura

M. J. Bakker

vs

Minister van Financiën,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),

komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, K. Schiemann (Relatur) u L. Bay Larsen, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,

Reġistratur: M.-A. Gaudissart, kap tad-dipartiment,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-1 ta’ Marzu 2012,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

– għal M. J. Bakker, minn M. H. Menger u V. J. de Groot, belastingadviseurs,

– għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u C. Schillemans, bħala aġenti,

– għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Kreuschitz u M. van Beek, bħala aġenti,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet

tagħti l-preżenti

Sentenza

Motivi tas-sentenza

1. It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru° 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999, tat-8 ta’ Frar 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 335, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1408/71”).

2. Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn M. J. Bakker u Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi) dwar l-affiljazzjoni obbligatorja tiegħu fl-assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi għas-sena 2004.

Il-kuntest ġuridiku

Id-dritt tal-Unjoni

3. Skont l-Artikolu 1(a)(i) tar-Regolament Nru 1408/71, il-kliem “persuna impjegata” jfissru kull persuna li “hija assigurata, mingħajr għażla jew fuq bażi volontarja kontinwa, għal kontinġenza waħda jew aktar koperti minn fergħat ta’ skema tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom jew bi skema speċjali għal persuni fis-servizz ċivili”.

4. Skont l-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament:

“Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u għall-istudenti li huma jew kienu soġġetti għal-liġijiet ta’ Stat Membru jew aktar u li huma persuni ta’ nazzjonalità ta’ wieħed mill-Istati Membri [...]”

5. L-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament, li jaqa’ taħt it-Titolu II tiegħu, intitolat “Determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli”, jipprovdi li:

“1. Bla ħsara għall-Artikoli 14ċ u 14f, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

2. Suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17:

[...]

(ċ) persuna impjegata abbord vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat;

[...]”

Id-dritt Olandiż

6. L-Artikolu 6 tal-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-irtirar (Algemene Ouderdomswet, Stb. 1956, Nru°281) jgħid:

“1. Huma assigurati, skont dawn id-dispożizzjonijiet,

a) ir-residenti kif ukoll,

b) il-persuni mhux residenti li huma suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul għal attivitajiet professjonali bi ħlas eżerċitati fil-Pajjiżi l-Baxxi

li ma laħqux il-65 sena.

[...]”

Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

7. Matul l-2004, M. J. Bakker, ta’ nazzjonalità Olandiża, kien residenti fi Spanja u kien jaħdem bħala impjegat fuq bastimenti tat-tħammil li jtajru l-bandiera Olandiża, għal kumpannija stabbilita f’Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi). Huwa kien iwettaq l-attivitajiet tiegħu prinċipalment fl-ibħra territorjali Ċiniżi u tal-Emirati Għarab Magħquda. Il-bastimenti tat-tħammil kienu rreġistrati fir-reġistru Olandiż tal-bastimenti tal-baħar.

8. It-tassazzjoni nnotifikata lil M. J. Bakker għas-sena 2004 taħt it-taxxa tad-dħul u tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni soċjali fil-Pajjiżi l-Baxxi ġiet ikkontestata mill-persuna kkonċernata. Billi r-rikors imressaq minn din il-persuna kontra din it-tassazzjoni ġie miċħud mir-Rechtbank te Breda, M. J. Bakker ressaq kawża quddiem il-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch li kkonfermat id-deċiżjoni tal-ewwel istanza.

9. Il-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch qieset li, għas-sena 2004, M. J. Bakker seta’ jiġi kkunsidrat bħala affiljat mal-assigurazzjoni soċjali Olandiża minkejja l-fatt li l-attivitajiet tiegħu twettqu barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Din il-qorti bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq il-fatt li l-leġiżlazzjoni Olandiża dwar is-sigurtà soċjali saret applikabbli għall-persuna kkonċernata bir-Regolament Nru 1408/71 u, b’mod iktar partikolari, bit-Titolu II tiegħu. Din il-qorti kkunsidrat b’mod partikolari li M. J. Bakker kien iwettaq l-attivitajiet tiegħu fuq bastimenti tal-baħar li jtajru l-bandiera Olandiża, jiġifieri dik ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 13(2)(ċ) tal-imsemmi regolament. Il-fatt li dawn il-bastimenti kienu ankrati matul l-attivitajiet ta’ tħammil fl-ibħra barra mill-Unjoni ma huwiex determinanti, skont il-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch, billi din id-dispożizzjoni ma tistabbilixxi l-ebda restrizzjoni skont it-tip ta’ vapur jew skont il-lokalità tal-attivitajiet.

10. B’appell ippreżentat fil-kassazzjoni, il-Hoge Raad der Nederlanden tikkunsidra madankollu li hemm dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71 f’dan il-każ.

11. Hija tqis li l-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch kellha raġun tikkonstata li, skont il-liġi Olandiża waħedha, il-persuna kkonċernata ma kinitx suġġetta b’mod obbligatorju għall-assigurazzjoni soċjali fir-rigward tas-sena 2004 peress li, f’dik is-sena, hija ma għexietx fil-Pajjiżi l-Baxxi u lanqas ma kienet impjegata hemmhekk. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji fuq il-preżunzjoni, li fuqha bbażat ruħha l-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch, li, għas-sena 2004, il-persuna kkonċernata kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni personali tar-Regolament Nru 1408/71, li għas-sitwazzjoni tagħha jippermetti l-applikazzjoni tat-Titolu II tal-imsemmi regolament.

12. F’dan id-dawl, il-qorti tar-rinviju tinnota li d-definizzjoni ta’ ħaddiem li tidher fl-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 1408/71 tirrikjedi li l-persuna kkonċernata tkun assigurata, mingħajr għażla jew fuq bażi volontarja, għal kontinġenza waħda jew aktar imsemmija f’din id-dispożizzjoni. Għalhekk, hija tistaqsi jekk huwiex possibbli li persuna fis-sitwazzjoni ta’ M. J. Bakker li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali waħedha, ma hijiex assigurata b’mod obbligatorju minħabba li ma tirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi, tista’ madankollu tikkwalifika bħala ħaddiem fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71, minħabba l-fatt li r-regoli li jiddeterminaw il-leġiżlazzjoni applikabbli, li jidhru fit-Titolu II ta’ dan ir-regolament, jaħtru bħala applikabbli l-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru.

13. Il-Hoge Raad der Nederlanden tqis li, sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71, din il-mistoqsija għandha tingħata risposta pożittiva.

14. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi madankollu jekk il-fatt li l-persuna kkonċernata wettqet l-attivitajiet tagħha barra mit-territorju previst fl-Artikolu 299 KE jipprekludix l-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament Nru°1408/71. Hija tinvoka l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li r-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema japplikaw ukoll għall-attivitajiet imwettqa barra mit-territorju tal-Unjoni meta r-relazzjonijiet ta’ xogħol iżommu rabta qrib biżżejjed ma’ dan it-territorju (sentenza tad-29 ta’ Ġunju 1994, Aldewereld, C-60/93, Ġabra p. I-2991, punt 14). Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra wkoll rilevanti s-sentenza tas-27 ta’ Settembru 1989, Lopes da Veiga (9/88, Ġabra p. 2989, punt 17), li wkoll kienet tikkonċerna s-sitwazzjoni ta’ baħri, u fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kien hemm lok li jiġi eżaminat jekk ir-relazzjoni ta’ xogħol tal-persuna kkonċernata kellhiex rabta suffiċjentement mill-qrib mat-territorju Olandiż.

15. Il-qorti tar-rinviju tinnota li, matul is-sena 2004, fil-qafas tal-politika segwita mil-Landelijk Instituut sociale verzekeringen (Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjonijiet Soċjali) fil-qasam tas-sigurtà soċjali tal-persuni impjegati, it-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71 sar applikabbli għall-baħrin li jkollhom nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-Unjoni jew taż-Żona Ekonomika Ewropea residenti f’wieħed minn dawn l-Istati u li jwettqu attivitajiet ta’ impjegati fuq bastiment li ma jtajjarx il-bandiera ta’ Stat Membru, sempliċement minħabba li l-persuna li timpjega kien stabbilit fil-Pajjiżi l-Baxxi.

16. Din il-politika għandha l-effett li l-fond ta’ assigurazzjoni tal-persuni impjegati jqis li l-ħaddiema, bħal M. J. Bakker, huma assigurati b’mod obbligatorju filwaqt li, taħt il-liġi Olandiża, huma ma jappartjenux għal tali klassi ta’ assigurati. Il-qorti tar-rinviju tinnota li din l-istess politika ma tipprovdix, madankollu, il-bażi legali għall-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjonijiet għall-persuni impjegati.

17. Skont il-qorti tar-rinviju, il-fatt li l-persuna kkonċernata tiġi ttrattata fil-prattika, mill-fond ta’ assigurazzjoni tal-persuni impjegati, bħala persuna taxxabbli, mill-inqas għal parti mill-assigurazzjonijiet soċjali fil-Pajjiżi l-Baxxi, u għaldaqstant tibbenefika b’mod effettiv minn kopertura soċjali għal dawn l-assigurazzjonijiet, hija ċirkustanza li ssaħħaħ ir-rabta mal-Pajjiżi l-Baxxi. Jekk, min-naħa l-oħra, ma kienx possibbli li l-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ Stat Membru tiġi kkunsidrata biex tiġi evalwata l-miżura tar-rabta mat-territorju tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din l-affiljazzjoni kinitx tkun kundizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 għal attivitajiet barra t-territorju tal-Unjoni. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenzi tat-23 ta’ Ottubru 1986, van Roosmalen, 300/84, Ġabra p. 3097, kif ukoll Lopes da Veiga u Alderwereld, iċċitati iktar ’il fuq), ma tipprovdix ċertezza dwar dan il-punt.

18. Il-Hoge Raad der Nederlanden għandha għalhekk tikkunsidra l-kwistjoni dwar jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, teżistix rabta biżżejjed mat-territorju tal-Unjoni. Jekk it-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71 japplika fil-kawża mressqa quddiemha, il-qorti tar-rinviju tippreżumi li l-persuna kkonċernata se tkun suġġetta għal-liġi Olandiża, skont l-Artikolu 13(2)(ċ) tal-imsemmi regolament.

19. Huwa f’dan il-kuntest li l-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:

“1) Ir-regoli ta’ indikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament [...] Nru 1408/71 huma applikabbli u b’hekk jindikaw il-leġiżlazzjoni Olandiża, b’konsegwenza ta’ liema jistgħu jiġu miġbura kontribuzzjonijiet abbażi tal-assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi, f’każ bħal dan inkwisjoni, fejn ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jirrisjedi fi Spanja jaħdem bħala baħri għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi billi jwettaq l-attivitajiet tiegħu fuq bastimenti tat-tħammil li jtajjru l-bandiera Olandiża barra t-territorju tal-[Unjoni] filwaqt li, fid-dawl tal-unika leġiżlazzjoni interna Olandiża, huwa ma huwiex affiljat fis-sistema ta’ sigurtà soċjali Olandiża minħabba l-fatt li huwa ma jirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi?

2) X’effett għandha, f’dan ir-rigward, politika mwettqa fl-implementazzjoni ta’ assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi li teżiġi li l-Fond ta’ assigurazzjoni soċjali jinvoka d-dritt Komunitarju sabiex jassimila l-baħrin ma’ persuni assigurati f’każ bħal dan inkwistjoni?”

Fuq id-domandi preliminari

Fuq l-ewwel domanda

20. Bl-ewwel domanda tagħha l-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li miżura leġiżlattiva ta’ Stat Membru teskludi mill-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li għandha n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru, iżda ma tirrisjedix fih, u li hija impjegata fuq bastiment tat-tħammil li jtajjar il-bandiera tal-istess Stat Membru u jwettaq l-attivitajiet tiegħu barra t-territorju tal-Unjoni.

21. Filwaqt li l-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni Ewropea jikkunsidraw li din id-domanda għandha tingħata tweġiba pożittiva, M. J. Bakker huwa ta’ fehma opposta.

22. F’dan id-dawl, hemm lok li jitfakkar li l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi speċifikament li persuna impjegata abbord vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat.

23. Għaldaqstant, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, persuna fis-sitwazzjoni ta’ M. J. Bakker huwa, fil-prinċipju, suġġett għal-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fir-rigward tal-attività professjonali li dik il-persuna teżerċita abbord bastiment li jtajjar il-bandiera Olandiża.

24. Madankollu, M. J. Bakker ressaq żewġ argumenti sabiex jikkontesta l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għas-sitwazzjoni tiegħu.

25. Fl-ewwel lok, huwa argumenta, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li l-bastimenti tat-tħammil li fuqhom kien jeżerċita l-attività professjonali tiegħu ma kinux koperti mill-kunċett ta’ “vapur” li jidher fl-imsemmi Artikolu 13(2)(ċ).

26. Dan l-argument ma jistax jintlaqa’ sa fejn ebda kundizzjoni marbuta mat-tip ta’ “vapur” intiż ma hija prevista f’din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, mill-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li dawn il-bastimenti tat-tħammil kellhom ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u kienu rreġistrati fir-reġistru Olandiż tal-bastimenti tal-baħar.

27. Fit-tieni lok, matul is-seduta, M. J. Bakker avvanza l-argument li l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 ma japplikax għas-sitwazzjoni tiegħu fid-dawl tal-fatt li l-bastimenti tat-tħammil inkwistjoni kienu wettqu l-attivitajiet tagħhom prinċipalment fl-ibħra territorjali Ċiniżi u tal-Emirati Għarab Magħquda. Issa, skont l-Artikolu 2(1) tal-Ko nvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, iffirmata f’Montego Bay (il-Ġamajka) fl-10 ta’ Diċembru 1982, li daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 1994, li ġiet irrattifikata mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fit-28 ta’ Ġunju 1996 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE, tat-23 ta’ Marzu 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 3, p. 260), is-sovranità tal-Istat kostali testendi, minbarra l-art territorjali tiegħu u l-ilmijiet interni tiegħu, lejn medda tal-baħar tal-biswit, deskritta bħala l-baħar territorjali. Għalhekk, skont M. J. Bakker, l-attivitajiet professjonali mwettqa fuq il-bastimenti tat-tħammil inkwistjoni jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati kostali, u mhux dik tal-Istat Membru tal-bandiera, jiġifieri r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

28. Għandu jiġi nnotat f’dan ir-rigward, li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-sempliċi fatt li l-attivitajiet ta’ ħaddiem huma eżerċitati barra mit-territorju tal-Unjoni ma huwiex biżżejjed biex jipprevjeni l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, peress li r-relazzjoni ta’ xogħol iżżomm rabta mill-qrib biżżejjed mat-territorju tal-Unjoni. F’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, tali rabta tinsab fil-fatt, ikkonfermat mill-qorti tar-rinviju, li M. J. Bakker jeżerċita attività professjonali fuq bastiment irreġistrat fil-Pajjiżi l-Baxxi, fis-servizz ta’ kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Lopes da Veiga, punt 17, u Alderwereld, punt 14).

29. Barra minn hekk, la l-osservanza tas-sovranità tal-Istat kostali u lanqas il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ma jeħtieġu li ħaddiem fis-sitwazzjoni ta’ M. J. Bakker jiċċaħħad mill-benefiċċju tal-kopertura soċjali prevista, skont ir-Regolament Nru 1408/71, mill-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu, meta dan il-bastiment jinsab fi ħdan l-ilmijiet territorjali ta’ Stat li ma jkunx dak l-Istat Membru.

30. Għalhekk, it-tieni argument imressaq minn M. J. Bakker ma jistax jintlaqa’.

31. Min-naħa tagħha, il-qorti tar-rinviju tiddubita mill-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 peress li M. J. Bakker ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ dan ir-regolament minħabba l-fatt li ma huwiex suġġett b’mod obbligatorju għall-assigurazzjonijiet soċjali ġenerali fil-Pajjiżi l-Baxxi, peress li ma jirrisjedix hemm.

32. F’dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għandu l-għan waħdieni li jiddetermina liema leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika għall-persuni li jeżerċitaw impjieg abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru. Bħala tali, din id-dispożizzjoni ma għandhiex l-għan li tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-eżistenza tad-dritt jew tal-obbligu ta’ affiljazzjoni fi skema tas-sigurtà soċjali jew fi kwalunkwe fergħa partikolari ta’ skema tal-istess tip. Huwa l-kompitu tal-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li tiddetermina dawn il-kundizzjonijiet (ara s-sentenza tas-17 ta’ Jannar 2012, Salemink, C-347/10, punt 38).

33. Madankollu, għalkemm l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom sabiex jorganizzaw il-kundizzjonijiet għall-affiljazzjoni fis-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali huma għandhom, minkejja dan, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, dawn il-kundizzjonijiet ma jistgħux jirriżultaw fl-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, tal-persuni li, skont ir-Regolament Nru 1408/71, din l-istess leġiżlazzjoni tapplika għalihom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-3 ta’ Mejju 1990, Kits van Heijningen, C-2/89, Ġabra p. I-1755, punt 20, kif ukoll Salemink, iċċitata iktar ’il fuq, punti 39 u 40).

34. L-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi espressament li l-persuna li teżerċita l-attività professjonali tagħha abbord bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat. Din id-dispożizzjoni ma tkunx osservata jekk il-kundizzjoni ta’ residenza imposta mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, sabiex wieħed jiġi aċċettat fl-iskema tal-assigurazzjoni li hija tipprovdi, kienet infurzabbli għall-persuni previsti fl-imsemmi Artikolu 13(2)(ċ) (ara f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Kits van Heijningen, punt 21, u Salemink, punt 41).

35. Konsegwentement, l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għandu l-effett li jirrendi ineffettiva kontra l-persuni koperti minn din id-dispożizzjoni, klawżola fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli li, permezz tagħha, l-ammissjoni għall-iskema tas-sigurtà soċjali prevista minn dik il-leġiżlazzjoni hija suġġetta għall-kundizzjoni ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kits van Heijningen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22).

36. Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li dan l-approċċ ġie implementat de facto fil-politika tal-Landelijk Instituut sociale verzekeringen li tittratta lill-persuni fil-pożizzjoni ta’ M. J. Bakker bħal persuni taxxabbli.

37. Fid-dawl ta’ dan kollu, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li miżura leġiżlattiva ta’ Stat Membru teskludi mill-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li għandha n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru, iżda ma tirrisjedix fih, u li hija impjegata fuq bastiment tat-tħammil li jtajjar il-bandiera tal-istess Stat Membru u jwettaq l-attivitajiet tiegħu barra t-territorju tal-Unjoni.

Fuq it-tieni domanda

38. Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma huwiex neċessarju li tingħata risposta għat-tieni domanda.

Fuq l-ispejjeż

39. Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

L-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impiegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999, tat-8 ta’ Frar 1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li miżura leġiżlattiva ta’ Stat Membru teskludi mill-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li għandha n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru, iżda ma tirrisjedix fih, u li hija impjegata fuq bastiment tat-tħammil li jtajjar il-bandiera tal-istess Stat Membru u jwettaq l-attivitajiet tiegħu barra t-territorju tal-Unjoni.

Top