Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0617

    Kawża C-617/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat- 3 ta’ Ottubru 2013 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Assenjazzjoni — Trasferiment ex officio — Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid minn pajjiż terz għas-sede tal-Kummissjoni fi Brussel (il-Belġju) — Annullament ta’ deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali wara rinviju mill-Qorti tal-Ġustizzja — Kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat mill-annullament ta’ deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid)

    ĠU C 377, 21.12.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/2


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-617/11 P) (1)

    (Appell - Assenjazzjoni - Trasferiment ex officio - Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid minn pajjiż terz għas-sede tal-Kummissjoni fi Brussel (il-Belġju) - Annullament ta’ deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali wara rinviju mill-Qorti tal-Ġustizzja - Kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat mill-annullament ta’ deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid)

    2013/C 377/02

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali parzjalment ċaħdet, minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal Kummissjoni Ewropea, tat-18 ta’ Marzu 2002, li permezz tagħha r-rikorrent ġie assenjat mill-ġdid mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda (l-Angola), lejn id-Direttorat Ġenerali “Żvilupp” fi Brussell (il-Belġju), ta’ kull att preċedenti, konness u/jew konsekuttiv, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw ir-reklutaġġ eventwali ta’ uffiċjal ieħor biex jieħu postu, kif ukoll tan-noti tal-Kummissjoni tat-13 u tal-14 ta’ Novembru 2001 u tal-opinjoni jew tal-opinjonijiet tal-kumitat tad-Direttorat tas-Servizzi Esterni u, minn naħa oħra, talba għall-għoti tal-allowances marbutin mal-funzjonijiet tiegħu fl-Angola, kif ukoll kumpens għad-dannu subit — Drittijiet tad-difiża — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Żnaturament tal-fatti

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Luigi Marcuccio għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 25, 28.01.2012.


    Top