EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0603

Kawża C-603/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 21 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juridiction de Proximité de Chartres — Franza) — Hervé Fontaine vs Mutuelle Générale de l’Éducation Nationale (Kompetizzjoni — Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE — Assigurazzjoni komplementari għas-saħħa — Ftehim ta’ tariffi ta’ kumpanniji mutual ma’ tobba tal-għażla tagħhom — Differenza fit-trattament — Inammissibbiltà manifesta)

ĠU C 108, 13.4.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juridiction de Proximité de Chartres — Franza) — Hervé Fontaine vs Mutuelle Générale de l’Éducation Nationale

(Kawża C-603/11) (1)

(Kompetizzjoni - Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE - Assigurazzjoni komplementari għas-saħħa - Ftehim ta’ tariffi ta’ kumpanniji mutual ma’ tobba tal-għażla tagħhom - Differenza fit-trattament - Inammissibbiltà manifesta)

2013/C 108/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juridiction de Proximité de Chartres

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hervé Fontaine

Konvenuta: Mutuelle Générale de l'Éducation Nationale

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juridiction de Proximité, Chartres — Interpretazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE — Kompetizzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-kumpanniji mutual li jipprovdu assigurazzjoni komplementari tas-saħħa milli jvarjaw il-benefiċċji skont il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikati u s-servizzi pprovduti — Projbizzjoni ta’ ftehim ta’ tariffi ta’ kumpanniji mutual ma’ tobba tal-għażla tagħhom — Differenza fit-trattament fir-rigward tal-impriżi u tal-istituti l-oħra għall-kura tas-saħħa rregolati mill-Code des assurances jew mill-Code de la sécurité sociale — Restrizzjonijiet

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juridiction de Proximité de Chartres, permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Novembru 2011, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 39, 11.02.2012.


Top