Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0581

    Kawża C-581/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Muhamad Mugraby vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Ksur ta’ drittijiet fundamentali u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Libaniża — Astensjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni milli tadotta miżuri kontra r-Repubblika Libaniża — Rikors għad-danni — Appell manifestament infondat u manifestament inammissibbli)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/24


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Muhamad Mugraby vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-581/11 P) (1)

    (Appell - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ksur ta’ drittijiet fundamentali u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Libaniża - Astensjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni milli tadotta miżuri kontra r-Repubblika Libaniża - Rikors għad-danni - Appell manifestament infondat u manifestament inammissibbli)

    2013/C 9/39

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Muhamad Mugraby (rappreżentant: S. Delhaye, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M.-M. Joséphidès, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u F. Castillo de la Torre, aġenti)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2011 (It-Tielet Awla), Mugraby vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-292/09) li jiċħad, minn naħa, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż li jiġi kkonstatat li l-Kunsill u l-Kummissjoni naqsu illegalment milli jieħdu pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrent dwar l-adozzjoni ta’ miżuri fil-konfront tal-Libanu minħabba l-allegat ksur minn dan l-Istat tad-drittijiet fundamentali tiegħu u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika Libaniża, u li jiċħad, min-naħa l-oħra, rikors intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent b’konsegwenza tan-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa ta’ dawn l-istituzzjonijiet Komunitarji

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    M. Mugraby huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 25, 28.1.2012.


    Top