This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0660
Joined Cases C-660/11 and C-8/12: Judgment of the Court (Third Chamber) of 12 September 2013 (request for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana — Italy) — Daniele Biasci and Others v Ministero dell’Interno, Questura di Livorno (Freedom of establishment — Freedom to provide services — Articles 43 EC and 49 EC — Betting and gaming — Collection of bets — Conditions of authorisation — Requirement of police authorisation and a licence — National legislation — Mandatory minimum distances between bet collection points — Cross-border activities analogous to those covered by the licence — Prohibition — Mutual recognition of betting and gaming licences)
Kawżi magħquda C-660/11 u C-8/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana — l-Italja) — Daniele Biasci et vs Ministero dell’Interno, Questura di Livorno (Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 43 KE u 49 KE — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri — Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja — Leġizlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Attivitajiet transkonfinali li jistgħu jitqiesu li huma simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji fil-qasam tal-logħob tal-ażżard)
Kawżi magħquda C-660/11 u C-8/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana — l-Italja) — Daniele Biasci et vs Ministero dell’Interno, Questura di Livorno (Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 43 KE u 49 KE — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri — Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja — Leġizlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Attivitajiet transkonfinali li jistgħu jitqiesu li huma simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji fil-qasam tal-logħob tal-ażżard)
Information about publishing Official Journal not found, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana — l-Italja) — Daniele Biasci et vs Ministero dell’Interno, Questura di Livorno
(Kawżi magħquda C-660/11 u C-8/12) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 43 KE u 49 KE - Logħob tal-ażżard - Ġbir ta’ mħatri - Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja - Leġizlazzjoni nazzjonali - Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri - Attivitajiet transkonfinali li jistgħu jitqiesu li huma simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja - Projbizzjoni - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji fil-qasam tal-logħob tal-ażżard)
2013/C 325/07
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana
Partijiet fil-kawża prinċipali
|
(Kawża C-660/11) Rikorrenti: Daniele Biasci, Alessandro Pasquini, Andrea Milianti, Gabriele Maggini, Elena Secenti, Gabriele Livi Konvenuti: Ministero dell’Interno, Questura di Livorno fil-preżenza ta’: SNAI — Sindacato Nazionale Agenzie Ippiche SpA |
|
(Kawża C-8/12) Rikorrenti: Cristian Rainone, Orentino Viviani, Miriam Befani Konvenuti: Ministero dell’Interno, Questura di Prato, Questura di Firenze fil-preżenza ta’: SNAI — Sindacato Nazionale Agenzie Ippiche SpA, Stanley International Betting Ltd, Stanleybet Malta ltd. |
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana — Moviment liberu tal-persuni — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni u ta’ permess ta’ sigurtà pubblika maħruġa mill-amministrazzjoni nazzjonali — Nuqqas ta’ rikonoxximent tal-awtorizzazzjonijiet u permessi maħruġa mill-amministrazzjonijiet barranin — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE (li saru l-Artikoli 49 u 56 TFUE)
Dispożittiv
(1) |
L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-kumpanniji li jkunu jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet marbuta mal-logħob tal-ażżard, l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni tal-pulizija, minbarra liċenzja maħruġa mill-Istat bil-għan li jiġu eżerċitati tali attivitajiet, u li tillimita l-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni b’mod partikolari għall-applikanti li jkollhom diġà din il-liċenzja. |
(2) |
L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ikun eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ liċenzji għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ liċenzji ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi, b’mod partikolari, distanzi minimi bejn il-postijiet tad-detenturi ġodda ta’ liċenzja u dawk tal-operaturi eżistenti. Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali, jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu d-dekadenza tal-liċenzji mogħtija fi tmiem tali sejħa għal offerti, bħalma huma dawk li jidhru fl-Artikolu 23(3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u l-awtorità kontraenti tal-liċenzja dwar logħob tal-ażżard marbut mal-avvenimenti li ma jinkludux it-tiġrijiet taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku, kundizzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-fatt tipprojbixxi kull attività transkonfinali fis-settur tal-logħob, indipendentement mill-forma li taħtha din l-attività hija eżerċitata u, b’mod partikolari, fil-każ fejn ikun hemm kuntatt dirett bejn il-konsumatur u l-operatur, u fejn l-intermedjarji tal-impriża li jkunu preżenti fit-territorju nazzjonali jkunu jistgħu jiġu sottomessi għal kontroll fiżiku mill-pulizija. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-Artikolu 23(3) tal-imsemmi abbozz tal-ftehim. |
(3) |
L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-fatt li operatur ikollu, fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, awtorizzazzjoni li tippermettilu joffri logħob tal-ażżard ma jipprekludix lil Stat Membru ieħor milli jissuġġetta, fl-osservanza tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, il possibbiltà, għal tali operatur, li joffri tali servizzi lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju tiegħu, għaż-żamma ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tiegħu stess. |