EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0639

Kawża C-639/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 20 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu  — Reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur  — Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE  — Direttiva 70/311/KEE  — Direttiva 2007/46/KE  — Sewqan fuq il-lemin fi Stat Membru  — Obbligu, fid-dawl tar-reġistrazzjoni, li jitqiegħed fuq ix-xellug it-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tal-vetturi tal-passiġġieri li jinsab fuq il-lemin)

ĠU C 142, 12.5.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-639/11) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur - Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE - Direttiva 70/311/KEE - Direttiva 2007/46/KE - Sewqan fuq il-lemin fi Stat Membru - Obbligu, fid-dawl tar-reġistrazzjoni, li jitqiegħed fuq ix-xellug it-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tal-vetturi tal-passiġġieri li jinsab fuq il-lemin))

2014/C 142/03

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, G. Zavvos u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u R. Krasuckaitė, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 34 TFUE, tal-Artikolu 2a tad-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE, tat-8 ta’ Ġunju 1970, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta’vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 1, p. 90), kif ukoll tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, p. 1) – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi r-reġistrazzjoni ta’ vetturi li jinsaqu fuq il-lemin

Dispożittiv

1)

Billi ssuġġettat ir-reġistrazzjoni fit-territorju tagħha ta’ vetturi tal-passiġġieri li t-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tagħhom jinsab fuq in-naħa tal-lemin, ġodda jew preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra, għaċ-ċaqlieq tal-isteering lejn in-naħa tax-xellug, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE, tat-8 ta’ Ġunju 1970, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), kif ukoll l-Artikolu 34 TFUE.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 73, 10.03.2012


Top