Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0558

    Kawża C-558/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — SIA Kurcums Metal vs Valsts ieņēmumu dienests (Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kejbils ibridi “Taifun” prodotti fir-Russja, komposti minn polipropilen u minn ħajt tal-azzar — Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi u marbuta b’kavilji — Dazji antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kejbils tal-ħadid jew tal-azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/21


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — SIA Kurcums Metal vs Valsts ieņēmumu dienests

    (Kawża C-558/11) (1)

    (Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Kejbils ibridi “Taifun” prodotti fir-Russja, komposti minn polipropilen u minn ħajt tal-azzar - Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi u marbuta b’kavilji - Dazji antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kejbils tal-ħadid jew tal-azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija)

    2013/C 9/34

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākās tiesas Senāts

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SIA Kurcums Metal

    Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) u tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001, tat-2 ta’ Awwissu 2001, (dwar) l-imposizzjoni ta’ taxxa definitiva kontra d-dumping u l-ġbir definitiv tat-taxxa proviżorja kontra d-dumping imposta fuq l-importazzjoni ta’ ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 62) — Kejbils ibridi “Taifun” prodotti fir-Russja, komposti minn polipropilen u minn ħajt tal-azzar — Klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 5607 49 11 jew taħt is-subintestatura 7312 00 98 tan-Nomenklatura Magħquda — Vireg tal-morsa f’forma ta’ U bit-trufijiet tagħhom tondi u marbuta b’kavilji — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 7317 00 90 jew fis-subintestatura 7326 90 98 tan-Nomenklatura Magħquda — Dazji antidumping definittivi

    Dispożittiv

    (1)

    Is-subintestatura 5607 49 11 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li kejbils bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula kemm mill-polipropilen kif ukoll mill-ħajt tal-azzar miksi biż-żingu, ma jaqgħux, bħala tali, taħt din is-subintestatura.

    (2)

    Ir-Regola Ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ kejbils bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandhiex issir skont din ir-regola, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, fejn tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi fattwali kollha ppreżentati quddiemha, li l-ebda wieħed miż-żewġ materjali li minnhom huma magħmula dawn il-kejbils ma jagħti, waħdu, lil dawn il-kejbils in-natura essenzjali tagħhom.

    (3)

    L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001, tat-2 ta’ Awwissu 2001, (dwar) l-imposizzjoni ta’ taxxa definitiva kontra d-dumping u l-ġbir definittiv tat-taxxa proviżorja kontra d-dumping imposta fuq l-importazzjoni ta’ ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li kejbils bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk jitqies li jaqgħu taħt is-subintestatura 7312 10 98 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

    (4)

    Is-subintestatura 7317 00 90 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendata bir-Regolament Nru 1549/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-vireg tal-morsa f’forma ta’ U li t-tarf tagħhom huwa tond u li huma marbuta b’kavilji, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jaqgħux taħt din is-subintestatura.


    (1)  ĠU C 13, 14.1.2012.


    Top