Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0544

    Kawża C-544/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Rheinland-Pfalz — il-Ġermanja) — Helga Petersen, Peter Petersen vsFinanzamt Ludwigshafen ( “Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Moviment liberu tal-ħaddiema — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti l-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul miksub minn xogħol magħmul fi Stat ieħor fil-kuntest ta’ għajnuna għall-iżvilupp — Kundizzjonijiet — Stabbiliment tal-persuna li timpjega fit-territorju nazzjonali — Rifjut meta l-persuna li timpjega hija stabbilita fi Stat Membru ieħor” )

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Rheinland-Pfalz — il-Ġermanja) — Helga Petersen, Peter Petersen vsFinanzamt Ludwigshafen

    (Kawża C-544/11) (1)

    (Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-ħaddiema - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti l-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul miksub minn xogħol magħmul fi Stat ieħor fil-kuntest ta’ għajnuna għall-iżvilupp - Kundizzjonijiet - Stabbiliment tal-persuna li timpjega fit-territorju nazzjonali - Rifjut meta l-persuna li timpjega hija stabbilita fi Stat Membru ieħor)

    2013/C 114/20

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Rheinland-Pfalz

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Helga Petersen, Peter Petersen

    Konvenut: Finanzamt Ludwigshafen

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Rheinland-Pfalz — Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE — Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fi ħdan l-Unjoni — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul miksub minn xogħol li sar barra mill-pajjiż fil-kuntest tal-għajnuna għall-iżvilupp — Limitazzjoni ta’ din l-eżenzjoni għall-każijiet fejn il-persuna li timpjega tkun stabbilita fit-territorju nazzjonali

    Dispożittiv

    L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tistabbilixxi li d-dħul miksub abbażi ta’ attivitajiet bħala persuna impjegata minn persuna taxxabbli residenti ta’ dak l-Istat Membru u ssuġġettat b’mod illimitat huwa eżentat mit-taxxa fuq id-dħul meta l-persuna li timpjega tkun stabbilita fl-imsemmi Stat Membru, iżda li ma huwiex hekk eżentat jekk il-persuna li timpjega tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor.


    (1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


    Top