Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0523

Kawżi magħquda C-523/11 u C-585/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover, Verwaltungsgericht Karlsruhe — il-Ġermanja) — Region Hannover (C-523/11) u Philipp Seeberger vs Studentenwerk Heidelberg (C-585/11) (Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza — Fondi għall-edukazzjoni jew għal taħriġ mogħtija lil ċittadin ta’ Stat Membru għal studju fi Stat Membru ieħor — Rekwiżit ta’ residenza fl-Istat Membru ta’ oriġini matul, minn tal-inqas, tliet snin qabel il-bidu tal-istudju)

ĠU C 260, 7.9.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover, Verwaltungsgericht Karlsruhe — il-Ġermanja) — Region Hannover (C-523/11) u Philipp Seeberger vs Studentenwerk Heidelberg (C-585/11)

(Kawżi magħquda C-523/11 u C-585/11) (1)

(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza - Fondi għall-edukazzjoni jew għal taħriġ mogħtija lil ċittadin ta’ Stat Membru għal studju fi Stat Membru ieħor - Rekwiżit ta’ residenza fl-Istat Membru ta’ oriġini matul, minn tal-inqas, tliet snin qabel il-bidu tal-istudju)

2013/C 260/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover, Verwaltungsgericht Karlsruhe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Laurence Prinz (C-523/11), Philipp Seeberger (C-585/11)

Konvenuti: Region Hannover (C-523/11), Studentenwerk Heidelberg (C-585/11)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Hannover — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 21 TFUE — Benefiċċju ta’ għajnuna għall-edukazzjoni (“Ausbildungsförderung”) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita dan il-benefiċċju għal sena għaċ-ċittadini li jistudjaw f’pajjiż ieħor u li kienu residenti fit-territorju nazzjonali matul perijodu ta’ mhux iktar minn tliet snin meta bdew l-istudji tagħhom

Dispożittiv

L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti, matul perijodu ta’ iktar minn sena, ta’ fondi għall-edukazzjoni jew għal taħriġ fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni unika, bħal dik prevista fl-Artikolu 16(3) tal-Liġi Federali dwar l-assistenza għall-edukazzjoni u għat-taħriġ lill-istudenti [Bundesgesetz über individuelle Förderung der Ausbildung (Bundesausbildungsförderungsgesetz)], kif emendata, fl-1 ta’ Jannar 2008, permezz tat-tnejn u għoxrin liġi li temenda l-Liġi Federali dwar l-assistenza għall-edukazzjoni u għat-taħriġ lill-istudenti, li l-applikant ikun residenti b’mod permanenti fis-sens ta’ din il-liġi, fit-territorju nazzjonali, matul perijodu ta’ minn tal-inqas tliet snin qabel ma jibda tali studji.


(1)  ĠU C 13, 14.01.2012.

ĠU C 49, 18.02.2012.


Top