This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0520
Case C-520/11: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 18 July 2013 — European Commission v French Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Decision 2009/726/EC — Non-compliance — Imports of milk and milk products — Origin — At-risk holdings in terms of cases of spongiform encephalopathies — National prohibitions)
Kawża C-520/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Deċiżjoni 2009/726/KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib — Provenjenza — Azjendi f’riskju fir-rigward ta’ każijiet ta’ enċefalopatiji sponġiformi — Miżuri nazzjonali ta’ projbizzjoni)
Kawża C-520/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Deċiżjoni 2009/726/KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib — Provenjenza — Azjendi f’riskju fir-rigward ta’ każijiet ta’ enċefalopatiji sponġiformi — Miżuri nazzjonali ta’ projbizzjoni)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 8–8
(HR)
7.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-520/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Deċiżjoni 2009/726/KE - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib - Provenjenza - Azjendi f’riskju fir-rigward ta’ każijiet ta’ enċefalopatiji sponġiformi - Miżuri nazzjonali ta’ projbizzjoni)
2013/C 260/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Bianchi, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Menez, kif ukoll C. Candat u R. Loosli-Surrans, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(3) TUE u 288 TUE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/726/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien li ttieħdu minn Franza fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tagħha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjenda fejn il-każ ta’ scrapie klassika hu kkonfermat (ĠU L 258, p. 27)
Dispożittiv
(1) |
Billi ma implementatx id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Settembru 2009, li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien li ttieħdu minn Franza fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tagħha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjenda fejn il-każ ta’ scrapie klassika hu kkonfermat, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 4(3) TUE u 288 TFUE. |
(2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |