Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0487

    Kawża C-487/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa — il-Latvja) — Laimonis Treimanis vs Valsts ieņēmumu dienests ( “Regolament (KEE) Nru 918/83 — Artikoli 1(2)(c), 2 u 7(1) — Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni ta’ proprjetà personali — Kunċett ta’ ‘proprjetà intiża għall-bżonnijiet tal-familja’ — Vettura bil-mutur importata fit-territorju tal-Unjoni — Vettura użata minn membru tal-familja tal-proprjetarju li jkun wettaq l-importazzjoni” )

    ĠU C 331, 27.10.2012, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 331/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa — il-Latvja) — Laimonis Treimanis vs Valsts ieņēmumu dienests

    (Kawża C-487/11) (1)

    (Regolament (KEE) Nru 918/83 - Artikoli 1(2)(c), 2 u 7(1) - Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni ta’ proprjetà personali - Kunċett ta’ ‘proprjetà intiża għall-bżonnijiet tal-familja’ - Vettura bil-mutur importata fit-territorju tal-Unjoni - Vettura użata minn membru tal-familja tal-proprjetarju li jkun wettaq l-importazzjoni)

    (2012/C 331/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Administratīvā rajona tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Laimonis Treimanis

    Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Administratīvā rajona tiesa Rīgas tiesu nams — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419) — Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni ta’ proprjetà personali — Kunċett ta’ familja — Vettura bil-mutur li ntużat għall-bżonnijiet tal-familja fi Stat terz — Importazzjoni tal-imsemmija vettura mill-proprjetarju tagħha, residenti prinċipalment fi Stat terz, ġewwa Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tal-użu tagħha bla ħlas minn membru tal-familja tal-proprjetarju li ttrasferixxa r-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru wara li għamel parti mill-istess dar tal-proprjetarju qabel l-importazzjoni tal-vettura

    Dispożittiv

    L-Artikoli 2 u 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tista’ tiġi importata b’eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni vettura bil-mutur għal użu privat importata minn Stat terz fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea bil-kundizzjoni li l-importatur ikun effettivament ittrasferixxa r-residenza normali tiegħu fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali. Il-vettura bil-mutur użata bla ħlas minn membru tal-familja ta’ dan l-importatur, jiġifieri persuna li tgħix taħt l-istess saqaf bħalu jew fil-parti l-kbira hija dipendenti fuqu, ħaġa li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, hija kkunsidrata bħala intiża għall-bżonnijiet tal-familja tal-importatur, u dan l-użu ma jipprekludix il-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni.


    (1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


    Top