Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0456

    Kawża C-456/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Bremen — Il-Ġermanja) — Gothaer Allgemeine Versicherung AG, ERGO Versicherung AG, Versicherungskammer Bayern-Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts, Nürnberger Allgemeine Versicherungs AG, Krones AG vs Samskip GmbH (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikoli 32 u 33 — Rikonoxximent ta’ sentenzi ta’ qorti — Kunċett ta’ “sentenza” — Effetti ta’ sentenza ta’ qorti fuq il-ġurisdizzjoni internazzjonali — Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Bremen — Il-Ġermanja) — Gothaer Allgemeine Versicherung AG, ERGO Versicherung AG, Versicherungskammer Bayern-Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts, Nürnberger Allgemeine Versicherungs AG, Krones AG vs Samskip GmbH

    (Kawża C-456/11) (1)

    (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikoli 32 u 33 - Rikonoxximent ta’ sentenzi ta’ qorti - Kunċett ta’ “sentenza” - Effetti ta’ sentenza ta’ qorti fuq il-ġurisdizzjoni internazzjonali - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni)

    2013/C 9/30

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Bremen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gothaer Allgemeine Versicherung AG, ERGO Versicherung AG, Versicherungskammer Bayern-Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts, Nürnberger Allgemeine Versicherungs AG, Krones AG

    Konvenuta: Samskip GmbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Bremen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru — Deċiżjoni ta’ natura purament proċedurali (“Prozeßurteil”) — Deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ klawżola ta’ ġurisdizzjoni, li permezz tagħha l-qorti nazzjonali tiddikjara li ma għandhiex ġurisdizzjoni filwaqt li tikkonstata l-ġurisdizzjoni ta’ Stat terz — Portata tar-rikonoxximent

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda wkoll sentenza li permezz tagħha qorti ta’ Stat Membru tirrinunċja l-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-bażi ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni, irrispettivament mill-klassifikazzjoni ta’ tali sentenza mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor.

    (2)

    L-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti li quddiemha qed jiġi invokat ir-rikonoxximent ta’ sentenza li fiha qorti ta’ Stat Membru ieħor irrinunċjat għall-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-bażi ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni hija marbuta bil-konstatazzjoni dwar il-validità ta’ din il-klawżola, li tinsab fil-motivi ta’ sentenza li saret res judicata li tiddikjara l-kawża bħala inammissibbli.


    (1)  ĠU C 331, 12.11.2011


    Top