Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 62011CA0439

Kawża C-439/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Lulju 2013 — Ziegler SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju — Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Valur legali — Obbligu li jiġi ddefinit is-suq rilevanti — Portata — Dritt għal smigħ xieraq — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Imparzjalità oġġettiva tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) — Proporzjon tal-valur tal-bejgħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Tnaqqis tal-multa minħabba l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva jew minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ każ — Ugwaljanza fit-trattament)

Informace o zveřejnění Úř. věst. nebyly nalezeny., s. 8—8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Ziegler SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-439/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Valur legali - Obbligu li jiġi ddefinit is-suq rilevanti - Portata - Dritt għal smigħ xieraq - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Imparzjalità oġġettiva tal-Kummissjoni - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) - Proporzjon tal-valur tal-bejgħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tnaqqis tal-multa minħabba l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva jew minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ każ - Ugwaljanza fit-trattament)

2013/C 252/12

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ziegler SA (rappreżentanti: J.-F. Bellis, M. Favart u A. Bailleux, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011, Ziegler vs Il-Kummissjoni (T-199/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tat-Trattat ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ Ġarr Internazzjonali) — Kompetizzjoni — Akkordju — Żbalji ta’ liġi — Effett sinjifikattiv fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Multa — Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ziegler SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


Nahoru