This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0376
Case C-376/11: Judgment of the Court (Second Chamber) of 19 July 2012 (reference for a preliminary ruling from the Cour d’appel de Bruxelles — Belgium) — Pie Optiek v Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains (Internet — .eu Top Level Domain — Regulation (EC) No 874/2004 — Domain names — Phased registration — Article 12(2) — Concept of ‘licensees of prior rights’ — Person authorised by the proprietor of a trade mark to register, in his own name but on behalf of that proprietor, a domain name identical or similar to that trade mark — No authorisation for other uses of the sign as a trade mark)
Kawża C-376/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Bruxelles — il-Belġju) — Pie Optiek vs Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains ( “Internet — Dominju tal-ogħla livell.eu — Regolament (KE) Nru 874/2004 — Ismijiet ta’ dominju — Reġistrazzjoni progressiva — Artikolu 12(2) — Kunċett ta’ ‘liċenzati ta’ drittijiet ta’ qabel (preċedenti)’ — Persuna awtorizzata mill-proprjetarju ta’ trade mark sabiex tirreġistra, f’isimha proprju iżda fl-interess ta’ dak il-proprjetarju, isem ta’ dominju identiku jew simili għall-imsemmija trade mark — Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni ta’ użi oħrajn mis-sinjal bħala trade mark” )
Kawża C-376/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Bruxelles — il-Belġju) — Pie Optiek vs Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains ( “Internet — Dominju tal-ogħla livell.eu — Regolament (KE) Nru 874/2004 — Ismijiet ta’ dominju — Reġistrazzjoni progressiva — Artikolu 12(2) — Kunċett ta’ ‘liċenzati ta’ drittijiet ta’ qabel (preċedenti)’ — Persuna awtorizzata mill-proprjetarju ta’ trade mark sabiex tirreġistra, f’isimha proprju iżda fl-interess ta’ dak il-proprjetarju, isem ta’ dominju identiku jew simili għall-imsemmija trade mark — Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni ta’ użi oħrajn mis-sinjal bħala trade mark” )
ĠU C 295, 29.9.2012, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Bruxelles — il-Belġju) — Pie Optiek vs Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains
(Kawża C-376/11) (1)
(Internet - Dominju tal-ogħla livell.eu - Regolament (KE) Nru 874/2004 - Ismijiet ta’ dominju - Reġistrazzjoni progressiva - Artikolu 12(2) - Kunċett ta’ ‘liċenzati ta’ drittijiet ta’ qabel (preċedenti)’ - Persuna awtorizzata mill-proprjetarju ta’ trade mark sabiex tirreġistra, f’isimha proprju iżda fl-interess ta’ dak il-proprjetarju, isem ta’ dominju identiku jew simili għall-imsemmija trade mark - Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni ta’ użi oħrajn mis-sinjal bħala trade mark)
2012/C 295/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d'appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pie Optiek
Konvenuta: Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12(2) u 21(1)(a) tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell the.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 825) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ April 2002, dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell EU.(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 394) — Reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi — Kunċett ta’ “liċenzati ta’ drittijiet ta’ qabel [preċedenti]” — Persuna awtorizzata mill-proprjetarju ta’ trade mark sabiex jirreġistra, f’ismu propju iżda għan-nom tal-persuna li tikkonċedi l-liċenzja, isem ta’ dominju identiku jew li jixxiebah mal-imsemmija trade mark, fin-nuqqas ta’ użi oħrajn tas-sinjal bħala trade mark — Isem irreġistrat fin-nuqqas ta’ “drittijiet jew interess leġittimu”
Dispożittiv
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implementazzjoni u l-funzjonijiet tad-dominju tal-ogħla livell.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn id-dritt preċedenti kkonċernat ikun dritt ta’ trade mark, it-termini “liċenzati [liċenzjati] ta’ drittijiet ta’ qabel [preċedenti]” ma jirrigwardawx persuna li ġiet awtorizzata unikament mill-proprjetarju tat-trade mark ikkonċernata sabiex tirreġistra, f’isimha proprju iżda għan-nom ta’ dak il-proprejtarju, isem ta’ dominju identiku jew simili għall-imsemmija trade mark, fejn dik il-persuna ma tkunx awtorizzata tuża din tal-aħħar għal skopijiet kummerċjali b’mod konformi mal-funzjonijiet proprji tagħha.