EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0364

Kawża C-364/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — l-Ungerija) — Mostafa Abed El Karem El Kott, Chadi Amin A Radi, Hazem Kamel Ismail vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal (Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Persuni mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana li effettivament irrikorrew għall-assistenza tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) — Dritt ta’ dawn il-persuni mingħajr stat li jiġi rikonoxxut fil-konfront tagħhom l-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Waqfien tal-imsemmija assistenza min-naħa tal-UNRWA “għal xi raġuni” — Prova — Konsegwenzi għall-partijiet ikkonċernati li jitolbu l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat — Dritt li “ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din id-direttiva” — Rikonoxximent sħiħ tal-kwalità ta’ “refuġjat” fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva u għoti tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 13 tagħha)

ĠU C 46, 16.2.2013, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — l-Ungerija) — Mostafa Abed El Karem El Kott, Chadi Amin A Radi, Hazem Kamel Ismail vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

(Kawża C-364/11) (1)

(Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuni mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana li effettivament irrikorrew għall-assistenza tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) - Dritt ta’ dawn il-persuni mingħajr stat li jiġi rikonoxxut fil-konfront tagħhom l-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Waqfien tal-imsemmija assistenza min-naħa tal-UNRWA “għal xi raġuni” - Prova - Konsegwenzi għall-partijiet ikkonċernati li jitolbu l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat - Dritt li “ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din id-direttiva” - Rikonoxximent sħiħ tal-kwalità ta’ “refuġjat” fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva u għoti tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 13 tagħha)

2013/C 46/14

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mostafa Abed El Karem El Kott, Chadi Amin A Radi, Hazem Kamel Ismail

Konvenuta: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

Fil-preżenza ta’: ENSZ Menekültügyi Főbiztossága

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fovárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96) — Persuna mingħajr stat, ta’ oriġini Palestinjana li talbet il protezzjoni tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) — Dritt ta’ din il-persuna mingħajr stat li tibbenefika ipso facto mid-Direttiva 2004/83/KE fil-każ ta’ tmiem tal-protezzjoni żgurata minn dan l-organu — Kundizzjonijiet li mingħajrhom, il protezzjoni tista’ titqies bħala li ntemmet — Kunċett ta’ “li tibbenefika minn din id Direttiva”

Dispożittiv

(1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-waqfien mill-protezzjoni jew mill-assistenza min-naħa ta’ organu jew ta’ istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti minbarra l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Protezzjoni u l-Assistenza tar-Refuġjati (HCR) “għal xi raġuni” jinkludi wkoll is-sitwazzjoni ta’ persuna li, wara li tkun irrikorriet effettivament għal din il-protezzjoni jew għal din l-assistenza, ma tkomplix tibbenefika minnha għal raġuni indipendenti mill-kontroll u mir-rieda tagħha. Huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal ażil ippreżentata minn tali persuna li għandhom jivverifikaw, abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-applikazzjoni, li din il-persuna ġiet imġiegħla tħalli ż-żona ta’ operat ta’ dan l-organu jew ta’ din l-istituzzjoni, liema sitwazzjoni hija l-każ meta hija tkun tinsab fi stat personali ta’ nuqqas serju ta’ sigurtà u dan l-organu jew istituzzjoni kkonċernat kien jinsab f’sitwazzjoni ta’ impossibbiltà li jiżguralu, f’din iż-żona, kundizzjonijiet ta’ ħajja li huma konformi mal-missjoni li għandu dan l-organu jew din l-istituzzjoni.

(2)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal ażil stabbilixxew li l-kundizzjoni relatata mal-waqfien tal-protezzjoni jew tal-assistenza tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) hija sodisfatta fir-rigward tal-applikant, fejn il-fatt li jista’ ipso facto “jiġ[i] ntitolat[…] għall-benefiċċji ta’ din id-Direttiva” jimplika r-rikonoxximent, minn dan l-Istat Membru, tal-kwalità ta’ refuġjat fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva u l-għoti ipso jure tal-istatus ta’ refuġjat lil dan l-applikant, madankollu sa fejn dan tal-aħar ma jaqax taħt l-Artikolu 12(1)(b) jew (2) jew (3).


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011


Top