This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0314
Case C-314/11 P: Judgment of the Court (First Chamber) of 19 December 2012 — European Commission v Planet AE (Appeals — Protection of the financial interests of the European Union — Identification of the level of risk associated with an entity — Early warning system — OLAF investigation — Decisions — Requests for activation of W1a and W1b warnings — Reviewable measures — Admissibility)
Kawża C-314/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Planet AE (Appell — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Identifikazzjoni ta’ livell ta’ riskju assoċjat ma’ entità — Sistema ta’ twissijiet bikrija — Investigazzjoni tal-OLAF — Deċiżjonijiet — Talbiet għal attivazzjoni tat-twissijiet W1a u W1b — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Ammissibbiltà)
Kawża C-314/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Planet AE (Appell — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Identifikazzjoni ta’ livell ta’ riskju assoċjat ma’ entità — Sistema ta’ twissijiet bikrija — Investigazzjoni tal-OLAF — Deċiżjonijiet — Talbiet għal attivazzjoni tat-twissijiet W1a u W1b — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Ammissibbiltà)
ĠU C 46, 16.2.2013, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Planet AE
(Kawża C-314/11 P) (1)
(Appell - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Identifikazzjoni ta’ livell ta’ riskju assoċjat ma’ entità - Sistema ta’ twissijiet bikrija - Investigazzjoni tal-OLAF - Deċiżjonijiet - Talbiet għal attivazzjoni tat-twissijiet W1a u W1b - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Ammissibbiltà)
2013/C 46/11
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u F. Dintilhac, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Planet AE (rappreżentant: V. Christianos, dikigoros)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ April 2011 — Planet vs Il-Kummissjoni (T-320/09), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà imressqa mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, adottati wara investigazzjoni tal-Uffiċċju kontra l-Frodi (OLAF), li tattiva, fis-sistema ta’ twissijiet bikrija (EWS), twissija “W1a” u, sussegwentement, twissija “W1b”, li jidentifikaw il-livell ta’ riskju assoċjat mal-appellata fil-kapaċità tagħha ta’ kumpannija li ngħatat il-kuntratt pubbliku għal servizzi li jirrigwarda proġett ta’ immodernizzar istituzzjonali fis-Sirja, iffinanzjat fil-kuntest tal-programm MEDA (ĠU 2005 S 203-199730)
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |