Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0297

    Kawża C-297/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad- 19 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/60/KE — Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma — Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett tal-baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku — Nuqqas ta’ notifika lill-Kummissjoni)

    ĠU C 165, 9.6.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-297/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma - Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett tal-baċin tax-xmara - Pubblikazzjoni - Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku - Nuqqas ta’ notifika lill-Kummissjoni)

    2012/C 165/11

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u I. Hadjiyiannis, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant:G. Karipsiadis, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 13(1), (2), (3), (6), 14(1)(ċ) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett tal-baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku — Nuqqas ta’ notifika lill-Kummissjoni tal-kopji tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar

    Dispożittiv

    (1)

    Peress illi, sat-22 ta’ Diċembru 2009, hija ma fasslitx il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, kemm għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jinsabu totalment fit-territorju nazzjonali tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali, u peress illi ma bagħtitx lill-Kummissjon Ewropea, sat-22 ta’ Marzu 2010, kopja ta’ dawn il-pjanijiet, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13(1) sa, (3) u (6) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u barra minn hekk, peress illi ma neditx, sa l-iktar tard it-22 ta’ Diċembru 2008, il-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva.

    (2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 238, 13.08.2011


    Top