EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0279

Kawża C-279/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Traspożizzjoni inkorretta — Anness II — Punt 1(a) sa (ċ) — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet kriminali — Somma f’daqqa — Kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru — Kriżi ekonomika — Evalwazzjoni abbażi tad-data ekonomika attwali)

ĠU C 46, 16.2.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-279/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Traspożizzjoni inkorretta - Anness II - Punt 1(a) sa (ċ) - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas - Artikolu 260 TFUE - Sanzjonijiet kriminali - Somma f’daqqa - Kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru - Kriżi ekonomika - Evalwazzjoni abbażi tad-data ekonomika attwali)

2013/C 46/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon u D. O’Hagen, aġenti, assistiti minn E. Regan SC u C. Toland, BL)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-20 ta’ Novembru 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-66/06), li tikkonċerna l-ksur tal-Artikoli 2(1) u 4(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) — Talba għall-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa

Dispożittiv

(1)

Billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-20 ta’ Novembru 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-66/06), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260 TFUE.

(2)

L-Irlanda hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 1 500 000.

(3)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


Top