This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0263
Case C-263/11: Judgment of the Court (Second Chamber) of 19 July 2012 (reference for a preliminary ruling from the Augstākās tiesas Senāts — Latvia) — Ainārs Rēdlihs v Valsts ieņēmumu dienests (Sixth VAT Directive — Directive 2006/112/EC — Concept of ‘economic activity’ — Supplies of timber in order to alleviate the damage caused by a storm — Reverse charge procedure — Failure to register in the register of taxable persons — Fine — Principle of proportionality)
Kawża C-263/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Ainārs Rēdlihs vs Valsts ieņēmumu dienests (Sitt Direttiva tal-VAT — Direttiva 2006/112/KE — Kunċett ta’ “attività ekonomika” — Provvisti ta’ injam bħala kumpens għall-ħsarat ikkawżati minn maltempata — Sistema ta’ inverżjoni tal-ħlas — Nuqqas ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli — Multa — Prinċipju ta’ proporzjonalità)
Kawża C-263/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Ainārs Rēdlihs vs Valsts ieņēmumu dienests (Sitt Direttiva tal-VAT — Direttiva 2006/112/KE — Kunċett ta’ “attività ekonomika” — Provvisti ta’ injam bħala kumpens għall-ħsarat ikkawżati minn maltempata — Sistema ta’ inverżjoni tal-ħlas — Nuqqas ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli — Multa — Prinċipju ta’ proporzjonalità)
ĠU C 295, 29.9.2012, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Ainārs Rēdlihs vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-263/11) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Direttiva 2006/112/KE - Kunċett ta’ “attività ekonomika” - Provvisti ta’ injam bħala kumpens għall-ħsarat ikkawżati minn maltempata - Sistema ta’ inverżjoni tal-ħlas - Nuqqas ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli - Multa - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
2012/C 295/21
Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ainārs Rēdlihs
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) u tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kunċetti ta’ persuna taxxabbli u ta’ attività ekonomika — Provvisti ta’ injam imwettqa minn persuna fiżika, proprjetarja ta’ beni forestali intiżi għall-bżonnijiet personali tagħha, sabiex tikkumpensa għad-danni kkawżati minn maltempata — Konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità ta’ miżura nazzjonali li tissanzjona permezz ta’ multa stabbilita sa limitu tal-ammont tat-taxxa normalment dovuta skont il-valur tal-beni pprovduti, in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni f’reġistru tal-persuni suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, minkejja li l-persuna kkonċernata ma kellhiex tħallas it-taxxa, anki jekk hija ġiet irreġistrata f’dan ir-reġistru
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/CE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, hekk kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/138/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvisti ta’ injam li jitwettqu minn persuna fiżika bl-għan li jiġu kkumpensati l-konsegwenzi ta’ każ ta’ forza maġġuri jidħlu fil-kuntest tal-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli, peress li għandhom jiġu kklassifikat bħala “attività ekonomika” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta dawn il-provvisti jitwettqu għal skopijiet ta’ dħul fuq bażi kontinwa. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa l-informazzjoni kollha tal-każ sabiex tiddetermina jekk l-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli, bħal foresta, jiġix eżerċitat għal skopijiet ta’ dħul fuq bażi kontinwa. |
(2) |
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex eskluż li regola tad-dritt nazzjonali li tippermetti li tiġi imposta multa, stabbilita fil-livell tar-rata normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli skont il-valur ta’ oġġetti li jkunu ġew ipprovduti, lil individwu li jkun naqas mill-obbligu tiegħu li jirreġistra bħala persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud, filwaqt li dan l-individwu ma jkunx responsabbli għal din it-taxxa, imur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk l-ammont tas-sanzjoni ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu l-għanijiet, li huma dawk li jiġi żgurat il-ġbir eżatt tat-taxxa u l-prevenzjoni tal-frodi fiċ-ċirkustanzi tal-każ, u b’mod partikolari s-somma speċifikament imposta u l-eżistenza possibbli ta’ frodi jew ta’ evażjoni tal-liġi applikabbli attribwibbli għal persuna taxxabbli li n-nuqqas tagħha ta’ reġistrazzjoni qed tiġi ssanzjonata. |