Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0213

    Kawżi magħquda C-213/11, C-214/11 u C-217/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ Lulju 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku — Il-Polonja) — Fortuna Sp z o.o. (C-213/11), Grand sp. z o.o. (C-214/11), Forta sp. z o.o. (C-217/11) vs Dyrektor Izby Celnej w Gdyni (Suq intern — Direttiva 98/34/KE — Standards u regolamenti tekniċi — Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi — Slot machines b’rebħ limitat — Projbizzjoni ta’ emenda, tiġdid u ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għall-operat — Kunċett ta’ “regolament tekniku” )

    ĠU C 295, 29.9.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 295/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku — Il-Polonja) — Fortuna Sp z o.o. (C-213/11), Grand sp. z o.o. (C-214/11), Forta sp. z o.o. (C-217/11) vs Dyrektor Izby Celnej w Gdyni

    (Kawżi magħquda C-213/11, C-214/11 u C-217/11) (1)

    (Suq intern - Direttiva 98/34/KE - Standards u regolamenti tekniċi - Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi - Slot machines b’rebħ limitat - Projbizzjoni ta’ emenda, tiġdid u ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għall-operat - Kunċett ta’ “regolament tekniku”)

    2012/C 295/19

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Fortuna Sp z o.o. (C-213/11) Grand sp. z o.o. (C-214/11), Forta sp. z o.o. (C-217/11)

    Konvenut: Dyrektor Izby Celnej w Gdyni

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 352M, p. 709) — Kunċett ta’ “regolament tekniku” — Dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-emenda ta’ awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ magni tal-logħob (slot machines) b’rebħ limitat sa fejn tikkonċerna l-post fejn ikunu installati dawn il-magni

    Dispożittiv

    Il-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjonijiet nazzjonali, bħalma huma dawk tal-liġi fuq il-logħob tal-ażżard (ustawa o grach hazardowich), tad-19 ta’ Novembru 2009, li jista’ jkollhom bħala effett li jillimitaw, jew saħansitra jirrendu progressivament impossibbli, l-operat tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat f’postijiet oħra għajr il-każinòs u s-swali tal-logħob, jistgħu jikkostitwixxu “regolamenti tekniċi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-abbozzi tagħhom għandhom jiġu kkomunikati bil-mod previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva, sakemm jiġi stabbilit li l-imsemmija dispożizzjonijiet jikkostitwixxu kundizzjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinjifikattiv in-natura jew it-tqegħid fis-suq tal-prodott ikkonċernat, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 219, 23.07.2011


    Top