EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0199

Kawża C-199/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 6 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van koophandel Brussell — il-Belġju) — Europese Gemeenschap vs Otis NV, General Technic-Otis Sàrl, Kone Belgium NV, Kone Luxembourg Sàrl, Schindler NV, Schindler Sàrl, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV, ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl (Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea quddiem il-qrati nazzjonali — Artikoli 282 KE u 335 TFUE — Talba għad-danni minħabba d-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ akkordju — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal smigħ xieraq — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003)

ĠU C 9, 12.1.2013, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van koophandel Brussell — il-Belġju) — Europese Gemeenschap vs Otis NV, General Technic-Otis Sàrl, Kone Belgium NV, Kone Luxembourg Sàrl, Schindler NV, Schindler Sàrl, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV, ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl

(Kawża C-199/11) (1)

(Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea quddiem il-qrati nazzjonali - Artikoli 282 KE u 335 TFUE - Talba għad-danni minħabba d-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ akkordju - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal smigħ xieraq - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003)

2013/C 9/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Europese Gemeenschap

Konvenuti: Otis NV, General Technic-Otis Sàrl, Kone Belgium NV, Kone Luxembourg Sàrl, Schindler NV, Schindler Sàrl, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV, ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van koophandel Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikolu 282 KE (attwalment l-Artikolu 335 TFUE) — Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea quddiem il-qrati nazzjonali — Talba għad-danni — Regoli applikabbli għat-tressiq, mill-istituzzjonijiet, ta’ tali talba

Dispożittiv

(1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jkun interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan ma jipprekludix li l-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea quddiem qorti nazzjonali li quddiemha titressaq kawża ċivili għall-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni permezz ta’ akkordju jew ta’ prattika pprojbiti mill-Artikoli 81 KE u 101 TFUE, li jistgħu jkunu affettwaw lil ċerti kuntratti pubbliċi mogħtija minn istituzzjonijiet differenti u minn korpi differenti tal-Unjoni, mingħajr ma huwa meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha mandat għal dan il-għan minn dawn tal-aħħar.

(2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludix li l-Kummissjoni Ewropea tressaq, f’isem l-Unjoni Ewropea, quddiem qorti nazzjonali, kawża għall-kumpens għad-dannu subit mill-Unjoni b’riżultat ta’ akkordju jew ta’ prattika li ġiet ikkonstatata kuntrarja għall-Artikolu 81 KE, jew għall-Artikolu 101 TFUE permezz ta’ deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni.


(1)  ĠU C 219, 23.7.2011.


Top