EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0166

Kawża C-166/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE (Protezzjoni tal-konsumaturi — kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju — Direttiva 85/577/KEE — Kamp ta’ applikazzjoni — Esklużjoni — Kuntratti ta’ assigurazzjoni unit linked)

ĠU C 118, 21.4.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE

(Kawża C-166/11) (1)

(Protezzjoni tal-konsumaturi - kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju - Direttiva 85/577/KEE - Kamp ta’ applikazzjoni - Esklużjoni - Kuntratti ta’ assigurazzjoni unit linked)

2012/C 118/11

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Oviedo

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Rikorrent: Angel Lorenzo González Alonso

Konvenuta: Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Oviedo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262) — Kuntratt innegozjat barra mil-lok tan-negozju u li joffri assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għall-ħlas kull xahar ta’ primjum investit f’diversi prodotti tal-istess impriża

Dispożittiv

Kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju u li jagħti assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għal ħlas kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, f’investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni ma jaqax, skont l-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 173, 11.06.2011


Top