EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0165

Kawża C-165/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky — Is-Slovakkja) — Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky vs Profitube spol. sro (Sitt Direttiva tal-VAT — Applikabbiltà — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Merkanzija provenjenti minn pajjiż terz u mqiegħda taħt proċedura f’magażinaġġ doganali fit-territorju ta’ Stat Membru — Ipproċessar ta’ merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul taħt is-sistema sospensiva — Bejgħ ta’ merkanzija u tqegħid mill-ġdid taħt il-proċedura f’magażinaġġ doganali — Żamma fl-istess maħżen doganali matul it-tranżazzjonijiet kollha — Kunsinna ta’ beni magħmula bi ħlas fit-territorju nazzjonali — Fatt li jiġġenera l-VAT)

ĠU C 9, 12.1.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky — Is-Slovakkja) — Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky vs Profitube spol. sro

(Kawża C-165/11) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Applikabbiltà - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Merkanzija provenjenti minn pajjiż terz u mqiegħda taħt proċedura f’magażinaġġ doganali fit-territorju ta’ Stat Membru - Ipproċessar ta’ merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul taħt is-sistema sospensiva - Bejgħ ta’ merkanzija u tqegħid mill-ġdid taħt il-proċedura f’magażinaġġ doganali - Żamma fl-istess maħżen doganali matul it-tranżazzjonijiet kollha - Kunsinna ta’ beni magħmula bi ħlas fit-territorju nazzjonali - Fatt li jiġġenera l-VAT)

2013/C 9/17

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky

Konvenuta: Profitube spol. sro

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Najvyšší súd Slovenskej republiky — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(3), 37(2), 79, 84, 98, 114 u 166 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), tal-Artikoli 2, 3, 5(1), 7, 10, 16 u 33a tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif ukoll l-Artikolu 1(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Merkanzija li wara li ġiet importata minn Stat terz tqiegħdet f’maħżen pubbliku doganali tal-Istat Membru, sabiex sussegwentement tiġi pproċessata f’dan il-maħżen doganali taħt is-sistema ta’ perfezzjonament attiv taħt il-forma tas-sistema tas-sospensjoni u fl-aħħar nett mibjugħa, mingħajr ma tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkulazzjoni, mill-proċessatur f’dan l-istess maħżen lil kumpannija oħra ta’ dan l-istess Stat u mqiegħda mill-ġdid taħt is-sistema tal-maħżen doganali — Applikabbiltà tas-sistema tal-VAT — Kunċett ta’ kunsinna ta’ beni bi ħlas fuq it-territorju nazzjonali — Kunċett ta’ abbuż ta’ dritt — Ċilindri tal-azzar ttrasformati f’sezzjonijiet tal-azzar

Dispożittiv

Meta l-merkanzija li ġejja minn pajjiż terz tkun tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ magażinaġġ doganali ta’ Stat Membru, wara pproċessat taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul taħt il-proċedura sospensiva u sussegwentement tkun inbiegħet u mqiegħda mill-ġdid taħt il-proċedura ta’ magażinaġġ doganali, u tibqa’ matul dawn it-tranżazzjonijiet kollha fl-istess maħżen doganali li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, il-bejgħ tal-imsemmija merkanzija huwa suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE, tas-26 ta’ April 2004, sakemm l-imsemmi Stat ma jużax il-fakultà mogħtija lilu li jeżenta dan il-bejgħ mit-taxxa skont l-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 194, 2.7.2011


Top