Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0159

    Kawża C-159/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Azienda Sanitaria Locale di Lecce, Università del Salento vs Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce, et (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 1(2)(a) u (d) — Servizzi — Studju u evalwazzjoni tal-vulnerabbiltà siżmika ta’ strutturi tal-isptarijiet — Kuntratt konkluż bejn żewġ entitajiet pubbliċi, fosthom università — Entità pubblika li jista’ jkollha kwalità ta’ operatur ekonomiku — Kuntratti mwettqa bi ħlas — Korrispettiv li ma jeċċedix l-ispejjeż sostnuti)

    ĠU C 46, 16.2.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Azienda Sanitaria Locale di Lecce, Università del Salento vs Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce, et

    (Kawża C-159/11) (1)

    (Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(2)(a) u (d) - Servizzi - Studju u evalwazzjoni tal-vulnerabbiltà siżmika ta’ strutturi tal-isptarijiet - Kuntratt konkluż bejn żewġ entitajiet pubbliċi, fosthom università - Entità pubblika li jista’ jkollha kwalità ta’ operatur ekonomiku - Kuntratti mwettqa bi ħlas - Korrispettiv li ma jeċċedix l-ispejjeż sostnuti)

    2013/C 46/06

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Azienda Sanitaria Locale di Lecce, Università del Salento

    Konvenuti: Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce, Consiglio Nazionale degli Ingegneri, Associazione delle Organizzazioni di Ingegneri, di Architettura e di Consultazione Tecnico-economica (OICE), Etacons srl, Ing. Vito Prato Engineering srl, Barletti — Del Grosso e Associati srl, Ordine degli Architetti della Provincia di Lecce, Consiglio Nazionale degli Architetti, Pianificatori, Paesaggisti e Conservatori

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2)(a) u (d), 2 u 28 kif ukoll tal-Anness II, Kategoriji Nri 8 u 12 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Għoti barra minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku — Provvista ta’ servizz, li jikkonsisti fit-twettiq ta’ studju u ta’ evalwazzjoni tal-vulnerabbiltà siżmika ta’ ċerti sptarijiet — Kuntratti konklużi bejn żewġ amministrazzjonijiet pubbliċi, fejn hija università li tipprovdi s-servizzi — Kuntratti b’remunerazzjoni, li fihom il-ħlas ma għandux ikun ogħla mill-ispejjeż sostnuti

    Dispożittiv

    Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-konklużjoni, mingħajr sejħa għal offerti, ta’ kuntratt li permezz tiegħu entitajiet pubbliċi jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni meta — ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju — kuntratt bħal dan ma għandux bħala għan li jiżgura l-implementazzjoni ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku komuni għal dawn l-entitajiet, li ma hijiex esklużivament irregolata minn kunsiderazzjonijiet u rekwiżiti għat-tħaddin tal-għanijiet ta’ interess pubbliku jew li huwa ta’ natura li jpoġġi fornitur privat f’sitwazzjoni privileġġjata kkomparat mal-kompetituri tiegħu.


    (1)  ĠU C 173, 11.06.2011


    Top