Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0147

    Kawżi magħquda C-147/11 u C-148/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 6 ta’ Settembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal — ir-Renju Unit) — Secretary of State for Work and Pensions vs Lucja Czop (C-147/11), Margita Punakova (C-148/11) (Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Direttiva 2004/38/KE — Dritt ta’ residenza permanenti — Għoti ta’ għajnuna soċjali — Kustodja tat-tfal — Residenza minn qabel ma l-pajjiż ta’ oriġini ssieħeb fl-Unjoni Ewropea)

    ĠU C 331, 27.10.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 331/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal — ir-Renju Unit) — Secretary of State for Work and Pensions vs Lucja Czop (C-147/11), Margita Punakova (C-148/11)

    (Kawżi magħquda C-147/11 u C-148/11) (1)

    (Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ residenza permanenti - Għoti ta’ għajnuna soċjali - Kustodja tat-tfal - Residenza minn qabel ma l-pajjiż ta’ oriġini ssieħeb fl-Unjoni Ewropea)

    (2012/C 331/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Upper Tribunal

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Secretary of State for Work and Pensions

    Konvenuti: Lucja Czop (C-147/11), Margita Punakova (C-148/11)

    Suġġett

    Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15) u tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadina Pollakka li marret fir-Renju Unit qabel l-adeżjoni tal-Polonja u li, wara l-adeżjoni, ħadmet għal rasha għal inqas minn sena u li għandha l-kustodja ta’ minuri li beda jieħu l-edukazzjoni ġenerali wara li ntemm il-perijodu tax-xogħol għal rasha

    Dispożittiv

    L-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkonferixxi lill-persuna li għandha effettivament il-kustodja ta’ wild ta’ ħaddiem immigrant jew ta’ ex ħaddiem immigrant, liema wild imur l-iskola fl-Istat Membru ospitanti, dritt ta’ residenza fuq it-territorju ta’ dan l-Istat, filwaqt li dan l-artikolu ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jikkonferixxi tali dritt lill-persuna li għandha l-kustodja effettiva ta’ wild ta’ ħaddiem mhux impjegat.

    L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni, li joriġina minn Stat Membru li reċentement daħal fl-Unjoni Ewropea, jista’ jgawdi, skont din id-dispożizzjoni, minn dritt ta’ residenza permanenti meta jkun irrisjeda matul perijodu mhux interrott ta’ iktar minn ħames snin fl-Istat Membru ospitanti, fejn parti minnhom tkun seħħet qabel l-adeżjoni tal-ewwel Stat mal-Unjoni, sakemm din ir-residenza tkun saret skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38.


    (1)  ĠU C 152, 21.5.2011.


    Top