This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0135
Case C-135/11 P: Judgment of the Court (Third Chamber) of 21 June 2012 — IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH v European Commission, Kingdom of Denmark, Republic of Finland, Kingdom of Sweden (Appeals — Public access to documents of the institutions — Regulation (EC) No 1049/2011 — Article 4(5) — Scope — Documents originating from a Member State — Objection by the Member State to disclosure of the documents — Extent of review by the institution and the European Union judicature of the Member State’s reasons for objecting — Production of the document to the European Union judicature)
Kawża C-135/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 21 ta’ Ġunju 2012 — IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Republikka tad-Danimarka, Ir-Republikka tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja ( “Appell — Aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Artikolu 4(5) — Portata — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Oppożizzjoni tal-Istat Membru għall-iżvelar tad-dokumenti — Portata tal-istħarriġ tal-istituzzjoni tar-raġunijiet għall-oppożizzjoni tal-Istat Membru — Produzzjoni tad-dokument kontenzjuż quddiem il-qorti tal-Unjoni” )
Kawża C-135/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 21 ta’ Ġunju 2012 — IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Republikka tad-Danimarka, Ir-Republikka tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja ( “Appell — Aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Artikolu 4(5) — Portata — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Oppożizzjoni tal-Istat Membru għall-iżvelar tad-dokumenti — Portata tal-istħarriġ tal-istituzzjoni tar-raġunijiet għall-oppożizzjoni tal-Istat Membru — Produzzjoni tad-dokument kontenzjuż quddiem il-qorti tal-Unjoni” )
ĠU C 250, 18.8.2012, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 — IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Republikka tad-Danimarka, Ir-Republikka tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-135/11 P) (1)
(Appell - Aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 4(5) - Portata - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Oppożizzjoni tal-Istat Membru għall-iżvelar tad-dokumenti - Portata tal-istħarriġ tal-istituzzjoni tar-raġunijiet għall-oppożizzjoni tal-Istat Membru - Produzzjoni tad-dokument kontenzjuż quddiem il-qorti tal-Unjoni)
2012/C 250/10
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH (rappreżentanti: S. Crosby u S. Santoro, avukati)
Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Republikka tad-Danimarka, Ir-Republikka tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. O’Reilly u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-13 ta’ Jannar 2011 — IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il-Kummissjoni (T-362/08) li tiċħad ir-rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2008, li tiċħad parzjalment l-għoti ta’ aċċess għal ċerti dokumenti lir-rikorrenti, mibgħuta lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-kuntest ta’ proċedura dwar il- deklassifikazzjoni ta’ sit protett skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).
Dispożittiv
(1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Jannar 2011, IFAW Internationaler Tierschutz Fonds vs Il Kummissjoni (T-362/08), hija annullata. |
(2) |
Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni sabiex din tiddeċiedi fuq ir-rikors ippreżentat minn IFAW Internationaler Tierschutz Fonds gGmbH għall-kisba tal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ Ġunju 2008, li tirrifjuta li tagħtih aċċess għal dokument trażmess lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-kuntest ta’ proċedura għad-deklassifikazzjoni ta’ sit protett skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa. |
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati |