This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0131
Case C-131/11: Judgment of the Court (First Chamber) of 15 November 2012 (reference for a preliminary ruling from the Finanzgericht Düsseldorf, Germany) — Pfeifer & Langen KG v Hauptzollamt Aachen (Agriculture — Regulation (EEC) No 1443/82 — Article 3(4) — Application of the quota system in the sugar sector — Surplus quantity of sugar found by the national authorities of a Member State during an a posteriori investigation carried out at the producer’s premises — Whether that surplus is to be taken into account when establishing the final production figures for the marketing year during which the difference came to light)
Kawża C-131/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Pfeifer & Langen KG vs Hauptzollamt Aachen (Agrikoltura — Regolament (KEE) Nru 1443/82 — Artikolu 3(4) — Applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor — Kwantità żejda ta’ zokkor ikkonstatata mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru matul spezzjoni a posteriori li saret fil-proprjetà tal-produttur — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan l-ammont żejjed fl-istabbiliment tal-ammont definittiv ta’ produzzjoni għas-sena kummerċjali li matulha d-differenza hija kkonstatata)

ĠU C 9, 12.1.2013, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Pfeifer & Langen KG vs Hauptzollamt Aachen
(Kawża C-131/11) (1)
(Agrikoltura - Regolament (KEE) Nru 1443/82 - Artikolu 3(4) - Applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor - Kwantità żejda ta’ zokkor ikkonstatata mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru matul spezzjoni a posteriori li saret fil-proprjetà tal-produttur - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan l-ammont żejjed fl-istabbiliment tal-ammont definittiv ta’ produzzjoni għas-sena kummerċjali li matulha d-differenza hija kkonstatata)
2013/C 9/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pfeifer & Langen KG
Konvenuta: Hauptzollamt Aachen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82, tat-8 ta’ Ġunju 1982, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 158, p. 17) — Kwantitajiet żejda ta’ isoglukożju kkonstati sussegwentement mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru matul spezzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni sussegwenti, ta’ din il-kwantità żejda, meta jiġi stabbilit l-ammont definittiv tal-produzzjoni għas-sena kummerċjali li matulha l-kwantità żejda hija kkonstatata.
Dispożittiv
L-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82, tat-8 ta’ Ġunju 1982, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 392/94, tat-23 ta’ Frar 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma japplikax għas-sitwazzjoni fejn kwantità żejda ta’ zokkor tkun ġiet ikkonstatata mill-awtoritajiet nazzjonali fl-ambitu ta’ spezzjoni a posteriori fil-proprjetà tal-produttur, meta din il-kwantità żejda tikkostitwixxi zokkor C.