EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0122

Kawża C-122/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas- 7 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li topponi l-indiċjar, għall-perijodu sal- 1 ta’ Awwissu 2004 , tal-pensjonijiet taċ-ċittadini ta’ Stat Membru li ma kkonkludiex ftehim ta’ reċiproċità jew li ma jissodisfawx il-kundizzjoni ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea — Residenza fi Stat terz — Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità — Inammissibbiltà)

ĠU C 108, 13.4.2013, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-122/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li topponi l-indiċjar, għall-perijodu sal-1 ta’ Awwissu 2004, tal-pensjonijiet taċ-ċittadini ta’ Stat Membru li ma kkonkludiex ftehim ta’ reċiproċità jew li ma jissodisfawx il-kundizzjoni ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea - Residenza fi Stat terz - Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità - Inammissibbiltà)

2013/C 108/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u G. Rozet, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u C. Pochet, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E.-M. Mamouna, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72) kif ukoll tal-Artikoli 18 u 45 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li topponi l-indiċjar, għall-perijodu sal-1 ta’ Awwissu 2004, tal-pensjonijiet taċ-ċittadini ta’ Stat Membru li ma kkonkludiex ftehim ta’ reċiproċità jew li ma jissodisfawx il-kundizzjoni ta’ residenza fl-Unjoni Ewropea — Residenza fi Stat terz — Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità — Assenza ta’ ġustifikazzjonijiet

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 160, 28.05.2011.


Top