This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0071
Joined Cases C-71/11 and C-99/11: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 5 September 2012 (reference for a preliminary ruling from the Bundesverwaltungsgericht — Germany) — Bundesrepublik Deutschland v Y (C-71/11), Z (C-99/11) (Directive 2004/83/EC — Minimum standards for determining who qualifies for refugee status or for subsidiary protection status — Article (2)(c) — Classification as a ‘refugee’ — Article 9(1) — Definition of ‘acts of persecution’ — Article 10(1)(b) — Religion as ground for persecution — Connection between the reasons for persecution and the acts of persecution — Pakistani nationals who are members of the Ahmadiyya religious community — Acts by the Pakistani authorities designed to prohibit the manifestation of a person’s religion in public — Acts sufficiently serious for the person concerned to have a well founded fear of being persecuted on account of his religion — Individual assessment of the facts and circumstances — Article 4)
Kawżi magħquda C-71/11 u C-99/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 5 ta’ Settembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Y (C-71/11), Z (C-99/11) (Direttiva 2004/83/KE — Livelli stabbiliti minimi għall-kundizzjonijiet tal-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja — Artikolu 2(ċ) — Kwalità ta’ “refuġjat” — Artikolu 9(1) — Kunċett ta’ “atti ta’ persekuzzjoni” — Artikolu 10(1)(b) — Reliġjon bħala raġuni tal-persekuzzjoni — Konnessjoni bejn din ir-raġuni ta’ persekuzzjoni u l-atti ta’ persekuzzjoni — Ċittadini Pakistani membri tal-komunità reliġjuża Ahmadiyya — Atti tal-awtoritajiet Pakistani intiżi sabiex jipprojbixxu d-dritt ta’ manifestazzjoni tar-reliġjon fil-pubbliku — Atti serji biżżejjed sabiex il-persuna kkonċernata tkun tista’ tibża’ b’mod fondat li tiġi esposta għal persekuzzjoni minħabba r-reliġjon tagħha — Evalwazzjoni individwali tal-fatti u ċ-ċirkustanzi — Artikolu 4)

ĠU C 331, 27.10.2012, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Settembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Y (C-71/11), Z (C-99/11)
(Kawżi magħquda C-71/11 u C-99/11) (1)
(Direttiva 2004/83/KE - Livelli stabbiliti minimi għall-kundizzjonijiet tal-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja - Artikolu 2(ċ) - Kwalità ta’ “refuġjat” - Artikolu 9(1) - Kunċett ta’ “atti ta’ persekuzzjoni” - Artikolu 10(1)(b) - Reliġjon bħala raġuni tal-persekuzzjoni - Konnessjoni bejn din ir-raġuni ta’ persekuzzjoni u l-atti ta’ persekuzzjoni - Ċittadini Pakistani membri tal-komunità reliġjuża Ahmadiyya - Atti tal-awtoritajiet Pakistani intiżi sabiex jipprojbixxu d-dritt ta’ manifestazzjoni tar-reliġjon fil-pubbliku - Atti serji biżżejjed sabiex il-persuna kkonċernata tkun tista’ tibża’ b’mod fondat li tiġi esposta għal persekuzzjoni minħabba r-reliġjon tagħha - Evalwazzjoni individwali tal-fatti u ċ-ċirkustanzi - Artikolu 4)
(2012/C 331/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qrati tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Ġermanja
Konvenuti: Y (C-71/11), Z (C-99/11)
fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht, Bundesbeauftragter für Asylangelegenheiten beim Bundesamt für Migration und Flüchtlinge
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal Artikoli 2(ċ) u 9(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96) — Kundizzjonijiet sabiex wieħed jitqies li huwa refuġjat — Natura suffiċjentement serja ta’ att ta’ persekuzzjoni — Atti mill-awtoritajiet Pakistani intiżi li jillimitaw l-attività tal-komunità reliġjuża Ahmadiyya
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
(2) |
L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-biża’ tal-applikant li jiġi ppersegwitat huwa fondat ladarba l-awtoritajiet kompetenti, fid-dawl tas-sitwazzjoni personali tal-applikant, iqisu li huwa raġonevoli li wieħed jaħseb li, mar-ritorn tiegħu fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, huwa se jwettaq atti reliġjużi li se jesponuh għal riskju reali ta’ persekuzzjoni. Matul l-evalwazzjoni individwali ta’ applikazzjoni intiża għall-ksib tal-istatus ta’ refuġjat, l-imsemmija awtoritajiet ma jistgħux raġonevolment jistennew li l-applikant jirrinunzja għal dawn l-atti reliġjużi. |