Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0547

    Kawża T-547/10: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Novembru 2010 — Omya vs UASI — Alpha Calcit (CALCIMATT)

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/51


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Omya vs UASI — Alpha Calcit (CALCIMATT)

    (Kawża T-547/10)

    ()

    2011/C 30/91

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Omya AG (Oftringen, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Kuschmirek, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbH (Köln, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni mogħtija fis-16 ta’ Settembru 2001 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 1370/2009-1, u tordna lill-konvenut sabiex jirreġistra t-trade mark Nru 5 200 654“CALCIMATT” għall-prodotti kollha mniżżla fl-applikazzjoni;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

    sussidjarjament, tissospendi l-proċedura sal-adozzjoni mill-UASI ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tħassir tat-trade mark EU 003513488, “CALCILAN” invokata insostenn tal-oppożizzjoni.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Omya

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “CALCIMATT” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 2.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbH (Köln, il-Ġermanja)

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks verbali li kienu s-suġġett ta’ reġistrazzjoni internazzjonali “CALCIPLAST”, “CALCILIT”, u “CALCICELL” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 19, it-trade marks verbali Komunitarji “Calcilit” u “CALCILAN” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 19, kif ukoll it-trade marks verbali nazzjonali “CALCICELL” u “CALCIPLAST” għal prodotti fil-klassi 1.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-applikazzjoni miċħuda.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade marks inkwistjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jixxiebhu tant li jistgħu jiġu konfużi fil-kuntest tal-prodotti imsemmija rispettivament.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top