Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0521

    Kawża T-521/10: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Novembru 2010 — Confortel Gestión vs UASI — Homargrup (CONFORTEL AQUA 4)

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/41


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2010 — Confortel Gestión vs UASI — Homargrup (CONFORTEL AQUA 4)

    (Kawża T-521/10)

    ()

    2011/C 30/74

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Confortel Gestión, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: I. Valdelomar Serrano)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Homargrup, SA (Sta Susana, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tanulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tal-5 ta’ Awwissu 2010, fil-Każ R 1359/2009-2, u għaldaqstant ir-reġistrazzjoni tat-Trade mark Komunitarja Nru 5.276.951 “CONFORTEL Aqua 4” għall-klassijiet kollha mitluba, u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Confortel Gestión, SA.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “CONFORTEL Aqua 4” għal servizzi fil-klassijiet 41, 43 u 44.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Homargrup, SA.

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade marks Komunitarji verbali u figurattiva “AQUA” u “A AQUA HOTEL” u t-trade marks Spanjoli verbali u figurattiva “AQUAMARINA”, “AQUATEL” u “AQUAMAR” għal servizzi fil-klassi 42.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top