EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0252

Kawża T-252/10: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Mejju 2010 — Croos Czech vs Il-Kummissjoni

ĠU C 209, 31.7.2010, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/51


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2010 — Croos Czech vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/10)

()

2010/C 209/76

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Croos Czech a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Schollaert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru INFSO-02/FD/GVC/Isc D(2010) 208676 tat-12 ta’ Marzu 2010; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, taħt l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru INFSO-02/FD/GVC/Isc D(2010) 208676, tat-12 ta’ Marzu 2010, bir-referenza Nru 09-BA74-006, ittra li tikkonferma l-konstatazzjonijiet tar-rapport ta’ verifika B74-06 dwar il-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2005 u t-30 ta’ April 2008 għall-proġetti eMapps.com, CEEC IST NET u TRANSFER EAST, konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Teknoloġiku (2002-2006).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq dawn il-motivi:

Ir-rikorrenti targumenta li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi ksur tat-Trattat, jew ta’ dispożizzjoni legali li timplementah, sa fejn:

hija bbażata fuq investigazzjoni żbaljata u insuffiċjenti min-naħa tal-Kummissjoni;

tirrifletti l-applikazzjoni żbaljata tal-kuntratti marbuta mal-proġetti inkwistjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-konstatazzjoni li r-rikorrenti wettqet ksur ta’ dawn il-kuntratti;

hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti marbuta mal-allegat ksur tal-kuntratti li jikkonċernaw dawn il-proġetti, żbalji li wasslu għal nuqqas ta’ konformità mal-istandards legali neċessarji u għalhekk għal żball ta’ liġi;

hija bbażata fuq nuqqasijiet fir-raġunament; u

tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti fil-proċedura li ppreċediet il-ħruġ tad-deċiżjoni kkontestata u ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza.


Top