This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0238
Case T-238/10: Action brought on 24 May 2010 — Scatizza v OHIM — Jacinto (HORSE COUTURE)
Kawża T-238/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Mejju 2010 — Scatizza vs UASI — Jacinto (HORSE COUTURE)
Kawża T-238/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Mejju 2010 — Scatizza vs UASI — Jacinto (HORSE COUTURE)
ĠU C 209, 31.7.2010, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/45 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2010 — Scatizza vs UASI — Jacinto (HORSE COUTURE)
(Kawża T-238/10)
()
2010/C 209/69
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stephanie Scatizza (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manuel Jacinto, Lda (S. Paio de Oleiros, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 723/2009-2; |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri; u |
— |
tordna lill-parti l-oħra għall-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, fil-każ fejn hija tkun intervenjenti f’din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “HORSE COUTURE”, għall-prodotti fil-klassi 18 — Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 6030399
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni Portugiża għal trade mark Nru 379879 tat-trade mark figurattiva “HORSE”, għall-prodotti fil-klassi 18
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.