This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0230
Case T-230/10: Action brought on 21 May 2010 — Spain v Commission
Kawża T-230/10: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Mejju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni
Kawża T-230/10: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Mejju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni
ĠU C 209, 31.7.2010, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/42 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-230/10)
()
2010/C 209/65
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 1317 finali, tal-11 ta’ Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Sezzjoni “garanzija”, tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti li hija s-suġġett tar-rikors għal annulament, u |
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra tnejn mill-korrezzjonijiet finanzjarji effettwati mill-Kummissjoni u huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1433/2003, tal-11 ta’ Awwissu 2003, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, programmi operazzjonali u għajnuna finanzjarja (2), u tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1432/2003, tal-11 ta’ Awwissu 2003, li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 li jirrigwarda l-kondizzjonijiet għall-għarfien tal-organizzzzjonijiet tal-produtturi u l-għarfien preliminari tal-gruppi tal-produtturi (3), invokati mill-Kummissjoni bħala bażi għall-imsemmija korrezzjonijiet:
|
F’dak li jirrigwarda l-esklużjoni tal-ispejjeż ta’ ġestjoni ambjentali tal-ippakkjar, il-Kummissjoni tinterpreta l-Artikolu 15(5) tar-Regolament Nru 2200/96, u l-Anness I tar-Regolament Nru 1433/2003, fis-sens li, fl-iffissar tas-somma f’daqqa sussidjabbli, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw ir-regola li tgħid li jistgħu jiġi ssussidjat biss l-infiq sostnut mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, peress li għandha tintalab prova diretta tal-imsemmija ċirkustanza. |
|
Min-naħa tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jqis li, fid-dawl tal-għan u tal-istruttura tal-imsemmija dispożizzjonijiet, mhuwiex meħtieġ li jiġi pprovat li l-unfiq ikun ġie sostnut mill-organizzazzjoni ta’ produtturi. Barra minn hekk, u f’kull każ, li huwa ċert huwa li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jsostnu l-infiq ta’ gestjoni ambjentali tal-ippakkjar, peress li d-distributuri jpaċu dan l-infiq permezz tal-preżż inqas li jħallsu għal prodotti tal-produtturi. |
|
Fir-rigward tan-nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll għar-rikonoxximent tal-organizzazzjoni ta’ produtturi SAT Royal, il-Kummissjoni tqis li l-projbizzjoni li membru wieħed ma jistax ikollu iktar minn 20 % tal-voti ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi għandha tapplika wkoll fir-riġward ta’ persuni fiżiċi li jkunu azzjonisti ta’ korpi li, min-naħa tagħhom, ikunu membri ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi. Ir-Renju ta’ Spanja jqis li r-regola prevista fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1432/2003 tapplika biss fir-rigward ta’ persuni li jkunu membri tal-organizzazzjoni, madankollu mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi eżaminata l-kompożizzjoni tal-azzjonarjat tal-korpi li jintegraw ruħhom mal-organizzazzjoni ta’ produtturi. |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 20, p. 55
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 39, p. 431
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 39, p. 424